Posts

L-istruttura kjażtika tal-Kantilena

Image
Fis-7 ta’ April li għadda, f’diskors li għamilt l-Università ta’ Malta, ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena ta’ Pietru Caxaru ma kinetx waħda lineari kif dejjem inħaseb sa dak in-nhar. Ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena hi waħda ‘kjażtika’, kif se nfisser hawn taħt. Kumbinazzjoni, din il-proposta tiegħi qed issir f’għeluq il-50 sena mis-sejba tal-Kantilena minn Mikiel Fsadni fl-1966. F’dawn l-aħħar 50 sena, ħadd ma jidher li ddubita li l-istruttura tal-poeżija medjevali tas-seklu 15 kienet waħda lineari. Kif se nuri, jien tajt evidenza kemm interna kif ukoll esterna biex nipprova din il-proposta tiegħi. Struttura kjażtika Il-fehma li l-istruttura tal-Kantilena kienet waħda lineari tistrieħ fuq is-suppożizzjoni li l-Kantilena hi poeżija konvenzjonali bħal kull poeżija oħra jew test letterarju ieħor. Din il-fehma kienet tonqos li tqis l-istruttura tal-Kantilena b’mod sħiħ jew ħolistiku. Qari aktar attent tal-Kantilena juri li l-istruttura tal-poeżija hija ferm aktar kum...

Erġajna koppi?

Image
L-attività li organizza l-Partit Nazzjonalista l-wikend li għadda u l-Erbgħa ta’ qabel fakkruni f’attivitajiet simili tas-snin 80. Ħassejtni mibgħut lura fiż-żmien bħallikieku ma kinux għadda għoxrin sena sħaħ!! Intużat l-istess tattika! Intużaw l-istess tiżwiqa ta’ xbihat! Intuża saħansitra l-istess diskors! Ommi ma, x’inkubu! Ħuta barra mill-ilma Kellhom raġun biex ibiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna u l-President Emeritu George Abela li f’dawk il-jiem ta’ dawn l-attivitajiet li semmejt jgħidu separatament li kienu nkwetati fuq il-qagħda tal-pajjiż. Kellhom raġun, inħoss jien, għax li mmorru lura għas-snin 80 b’repetizzjoni ta’ dak iż-żmien hija tabilħaqq inkwetanti. Sfortunatament, xi wħud fil-Partit Nazzjonalista ma jaħsbuhiex hekk. Jistħajlu li tattika li ħadmet għoxrin sena ilu tista’ jew għandha mnejn terġa’ taħdem illum. L-Erbgħa, 6 tax-xahar, iddeċidew li jorganizzaw protesta ‘spontanja’ quddiem il-qorti. Simon Busuttil mar bi ħġaru. L-uniku wieħed li mill-filmati dehe...

It-tnessija tal-ferħ

Image
Il-filosofija neoliberali tas-sistema ekonomika kapitalista rnexxielha tnessi lil dawk kollha li ħatfitilhom moħħhom u qalbhom x’inhu l-ferħ tassew. In-nies saru qishom magni ta’ konsum li minn idejhom itteħdulhom il-mezzi li bihom setgħu jipproduċu l-kundizzjonijiet, il-ferħ u l-ġejjieni ta’ ħajjithom. Il-kapitaliżmu neoliberali huwa l-akbar oppju li qatt eżista u l-effetti tiegħu qatt ma kien hawn suċċess akbar minnhom. Ferħ taparsi Ħafna minna jilagħbuha ta’ nies kuntenti. Jagħmlu sforz kbir biex jidhru ferħana. Bosta minna jagħtuha għax-xalar għali tagħhom b’xorb, sess, vaganzi u kull xorta ta’ tbaħrit ieħor. Jagħmlu dan biex jistrieħu mit-toqol u t-tensjoni tax-xogħol u biex jieħdu ftit tal-gost kif jistgħu. Wara din il-btala żgħira, jerġgħu lura għar-realtà. Għall-piż tal-jum. Għat-tirannija tas-suq. Il-ferħ u l-kuntentizza ma jistgħux ikunu riżultat ta’ xi sforz. Bniedem jew huwa kuntent u ferħan b’mod ordinarju u normali jew xejn. Jekk, biex ikollu farka ferħ u kuntenti...

Partit ieħor

Image
Bħalissa bosta nies ma jieqfux jitħaddtu dwar il-partit ġdid li tħabbar li se jitwaqqaf. Xi wħud iweġġgħu rashom minħabba dan, oħrajn jgħorku jdejhom u xi ftit iħabblu xagħarhom. B’mod ġenerali, il-kuntest ta’ din l-innovità hija ta’ konflitt; ta’ nies ma jkellmux lin-nies; ta’ nies ma jridux jafu b’oħrajn. Iżda f’demokrazija dawn l-affarijiet suppost jittieħdu bħala sinjal pożittiv ta’ sitwazzjoni b’saħħitha. Is-suspett tal-negattività Il-midja titħaddet dwar ‘qasma’ fil-Partit Nazzjonalista. ‘Qasma’ timplika xi ħaġa negattiva. Xi wħud anki ħadu l-impenn li jfakkruna f’‘qasmiet’ oħrajn tal-imgħoddi fiż-żewġ partiti ewlenin. Dejjem f’sens negattiv. Qasma tfisser għalihom firda, ġlied intern, dgħufija. Tfisser li l-affarijiet mhumiex sejrin sew. Li hemm l-inkwiet. Dawn in-nies li jagħmlu dawn l-implikazzjonijiet u jixħtu dawn il-botti donnhom aktar jemmnu f’dittatorjali u monopolji milli f’demokraziji. F’demokrazija, aktar ma jkollhom fehmiet, aktar aħjar. Hu biss f’dittatorjali...

L-għażż demokratiku

Image
Il-valuri ta’ komunità demokratika ma jiġux mgħallma imma mgħajxa. Ftit li xejn f’Malta u Għawdex hawn ċittadini li tabilħaqq għexu f’demokrazija. Jekk xi ħadd għadu jaħseb li bħalissa qegħdin ngħixu f’soċjetà demokratika huwa jew diżilluż jew ma jafx x’inhi demokrazija. Aktarx, fil-fatt, għandu mit-tnejn. Din li ngħixu fiha mhijiex soċjetà demokratika. Għax, għalkemm fuq il-karta tidher hekk, fil-prattika ftit li xejn hija dak li tgħid li hi. Evidentement, hija soċjetà li tfaħħar ħafna d-demokrazija. Imma mbagħad, fl-istess waqt, hija soċjetà li temmen f’ħafna għamliet ta’ vjolenza, kemm fit-teorija u kemm fil-prattika, kemm b’mod espliċitu u kemm impliċitament. Hija soċjetà li tagħti setgħat bla qies (u bosta drabi immunabbli) lill-gvern. Hija soċjetà li tistrieħ fuq il-qawwa tal-pulizija u s-servizzi sigrieti tagħha. Hija soċjetà fejn iċ-ċittadin m’għandux setgħa effettiva, imma biss deputata u rappreżentattiva. Hija soċjetà li fiha ċ-ċittadin jinsab f’taqtiegħa għall-flus u għa...

Is-soluzzjoni tal-vjolenza

Image
X’tagħmel ma’ bniedem li jisfidak? Kif iġġib ruħek ma’ persuna li tuża’ s-setgħa tagħha fuqek biex tgħaddi tagħha? Kif twieġeb lil min jumiljak? X’tagħmel quddiem bniedem li jrid ibaxxik? Dawn huma ċirkustanzi reali li jista’ jkun ġejna xi ftit jew wisq wiċċ imb’wiċċ magħhom. Huma waqtiet li jheżżu l-fehmiet u t-twemmin tagħna dwar x’inqisu bħala tajjeb u xieraq quddiem il-vjolenza. Iqegħulna quddiemna mistoqsijiet qawwija: Kif inwieġbu għall-vjolenza? Kif għandna nġibu ruħna quddiemha? X’inhi s-soluzzjoni tal-vjolenza? Essenzjalment, il-vjolenza hija l-użu tal-forza fuq ħaddieħor jew fuq xi ħaġa. L-iskop ewlieni u aħħari tagħha huwa li ġġiegħel lil xi ħadd jew xi ħaġa jagħmel jew tagħmel dak li trid int u mhux dak li jrid hu jew hi. Ovvjament, il-vjolenza tiddispensa minn kull kunsens. Fuq kollox, tiddispensa mir-raġuni. Il-vjolenza tista’ tkun ta’ bosta għamliet (żgur mhux biss fiżika). Xi wħud jemmnu li l-użu tal-vjolenza hu xi kultant ġustifikat, imqar f’sitwazzjonijiet rari...

‘Qed ninftiehem?’

Image
Jista’ jkun li l-mistoqsija ‘Qed ninftiehem?’ mhijiex komuni ħafna. Il-biċċa l-kbira jidhirli li ma jużawhiex. Għallanqas jien bil-kemm qatt nismagħha tingħad. Minflok nisma’ mistoqsijiet oħra li, naħseb jien, m’għandhomx isiru, mistoqsijiet bħal ‘Qed tifhimni?’ jew ‘Fhimt?’ Jew ‘Qed tifhem?’ Tagħmel tajjeb persuna li, waqt li tkun qed titħaddet ma’ xi ħadd, minflok dawn il-mistoqsijiet, tagħmel il-mistoqsija li qiegħed nipproponi. Rispett lejn l-intelliġenza Waqt li jkunu qegħdin jitkellmu miegħek, ħafna nies għandhom id-drawwa li jistaqsuk: ‘Fhimt?’, ‘Qed tifhem?’ jew ‘Qed tifhimni?’ Xi wħud huma dilettanti ħafna ta’ dawn il-mistoqsijiet u spiss, spiss ħafna, spiss wisq, waqt li jkunu qed jitħaddtu jitfgħulek xi waħda minnhom, jekk mhux it-tnejn li huma, ma’ wiċċek. ‘Fhimt?’ ‘Qed tifhem?’ ‘Qed tifhimni?’ Dawn huma mistoqsijiet insolenti, anki jekk min jagħmilhom ma jkollux dik l-intenzjoni. Meta wieħed jitaqsik intix qed tifhem jew fhimtux (jew fhimthiex), qisu qiegħed jgħidl...