Kuntenti issa?

Kuntenti issa? Ħadtuh li ridtu? Ilħaqtuh it-tir ta’ raskom? Mhux għal dan l-iskop xewwixtu, bejjittu, ħammamtu u għawwartu kemm flaħtu? Issa wasaltu fejn xtaqtu. Għandkom tkunu qed ittiru bil-ferħ, le? Sidirkom minfuħ bil-kburija ta’ għemilkom. Sabiħa l-istorja li nissiġtu għal għajnejn in-nies. Tafu tbellgħuha lil kulħadd, hux hekk? Bniedem jimrad, kulħadd jitħassru, iċedi l-armi, issir tfittxija xierqa, l-Ispirtu s-Santu jagħmel għażla għaqlija u kulħadd jispiċċa kuntent u ferħan. Storja pinġuta. Tagħlaq minn kullimkien. Iżda li l-bniedem marradtuh intom, dan ma tgħiduhx. Li l-bniedem ridtuh sa mill-bidu mqaċċat min-nofs, ma tgħiduhx. Li kollox kien maħdum bizzilla, ma tgħiduhx. Tgħidu biss dak li tridu li n-nies jemmnu. Dak li ħadd ma jobsor li seta’ jsir, ma għarrafuh lil ħadd. Żammejtuh mistur. Biex il-ħrafa li sensiltu jtaqtquha ċ-ċwielaq u l-gidba li ħawwartu ssir paġna sabiħa fil-ktieb tal-istorja mwegħra tagħkom. Bħal David, taħsbu li d-dnub tagħkom ma jaf bih ħadd. ...