L-Att kontra l-prattiċi ta’ konverżjoni

Mhuwiex eżattament ċar x’inhu l-punt ewlieni tal-‘Position Paper’ li ħarġet dil-ġimgħa l-Kummissjoni mqabbda mill-Kurja tal-Arċisqof dwar l-Att kontra l-prattiċi ta’ konverżjoni. Il-Kummissjoni, f’dokument ċkejken ta’ ftit aktar minn erbat elef kelma, donnha tfittex li tixħet kulma ġieha f’rasha mingħajr ma qisha kienet taf eżatt fejn kien il-versall. Akkużi flok djalogu Il-kritika li l-Kummissjoni xxejjer, jew aħjar l-akkużi li b’arja awtorevoli tfittex li tagħmel, fir-rigward tal-Att imsemmi huma diversi. Iżda, meta jarahom sewwa, wieħed jibqa’ perpless eżattament fuq liema naħa tal-ħajt tinsab il-Kummissjoni. Wieħed jista’ anki jaqgħalu s-suspett li l-Kummissjoni fittxet li tivvinta xagħra ħalli ssibha fl-għaġina. Insejħilhom ‘akkużi’ l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni għax f’ebda vers tad-dokument tagħha ma hemm ħjiel ta’ djalogu. It-ton huwa konfrontazzjonali u ġellied; qisha qed tkellem lil xi għadu. Id-dokument ma japprezza kważi xejn fl-Att imsemmi filwaqt li jaqra affari...