Nies bla bonġu
Filgħodu tiltaqa’ ma’ bosta nies li donnhom ma jafux jgħidu bonġu. Nitħassarhom. Il-jum hekk sabiħ bil-għaxqa tiegħu, ħafna drabi b’xemx glorjuża titbissem fuq rasna, u huma qishom ċappa dlam miexja. Wiċċhom donnu bixra ta’ ruħhom. Mitlufin f’dinja għalihom. Maqtugħa mill-oħrajn. Bla ħila li jilqgħu s-sabiħ li ġej lejhom. Jinsġu n-nisġa tan-niket u l-hemm tagħhom. Mgħaffġa X’fiha billi ssellem lin-nies? Jew li tgħidilhom bonġu? Xejn. Imma għal bosta nies hija ħafna. Donnhom iridu jagħmlu sforz ta’ tqanżiħ kbir jew joforqu ħitan sħaħ ta’ għeluq u solitudni. Jgħaddu minn maġenbek qishom jeżistu weħedhom f’dinja li fiha lilhom biss u ħadd aktar. Nobsor li ħafna drabi huma nies li m’għandhom moħħ ħadd jew, agħar minn hekk, jibżgħu minn kulħadd. Tara lil xi wħud filgħodu kmieni qishom qamu bid-dinja tagħfas tqila fuq moħħhom u ruħhom. U x’aktarx hekk ikun tabilħaqq. Il-problemi tagħhom kiluhom. Qishom huma biss għandhom problemi. Żgur li mhux huma biss. Iżda huma minn dawk li l-prob