Il-ħaddiema barranin

Qed issir ħaġa dejjem aktar komuni li ningħataw servizz minn ħaddiema barranin li ma jitkellmux bil-Malti. Imma bosta minnhom lanqas bl-Ingliż ma jafu jitkellmu, u spiss issib li bil-kemm kemm jifhmu dak li tgħidilhom. Ma jidhirlix li xi ħadd għandu jsiġ oġġezzjoni li l-barranin jaħdmu Malta la darba l-impjieg tagħhom huwa regolari, iżda li donnu ħadd ma jagħmel xejn bis-sengħa komunikattiva tagħhom ma naħsibx li hija xierqa. Ma jifhmux l-Ingliż F’restoranti, f’uffiċċji tal-gvern u tal-privat u f’servizzi oħra pubbliċi qed nidraw niġu wiċċ imb’wiċċ ma’ ħaddiema barranin. Infatti, jidher li l-aktar servizzi bażiċi aktar qed jiġu popolati mill-barranin milli mill-Maltin. Din ma fiha xejn ħażin għalkemm il-fenomenu, fih innifsu, jagħti wieħed x’jaħseb fuq id-dinamika tal-impjiegi. Hu x’inhu, dawn il-barranin f’servizzi bażiċi wieħed jistenna li jkunu jafu jikkomunikaw, jekk mhux bil-Malti, għall-anqas bl-Ingliż. Apparti l-fatt li, ħafna drabi, l-Ingliż ta’ dawn il-ħaddiema barrani...