Għarukaża ta’ RTK

Jidhirli li għadda biżżejjed żmien mill-kampanja elettorali biex wieħed jikkummenta fuq l-organizzar u l-aġir tar-radju tal-Knisja Kattolika Maltija, l-RTK, fi żmien l-istess kampanja elettorali. Illum jew għada ridt nikkummenta fuq dan minħabba l-ħafna sentimenti li smajt m’għand in-nies u, biex ħadd ma jaħseb li d-dnub ta’ xi ħadd għandu jorqod. ’Il barra mill-partiġġjaniżmu Ngħiduha mill-ewwel kif inhi, mingħajr tidwir mal-lewża: l-organizzar u l-aġir tal-RTK waqt il-kampanja elettorali li għaddiet ma kienet xejn anqas minn għarukaża sħiħa. Għarukaża u tal-mistħija l-organizzar tal-amministrazzjoni tal-RTK, u għarukaża u tal-mistħija l-aġir ġenerali tiegħu. Dan jirriżulta mill-partiġġjaniżmu evidenti muri f’dan l-għodda pastorali tal-Knisja Kattolika Maltija, li ma kellu xejn pastorali, iżda kellu biss sfaċċaġni, arroganzi u insolenza. Jien m’iniex wieħed li nemmen li l-Knisja għandha tibqa’ ’l barra mill-politika, anki għax naħseb li dan fil-prattika ma jistax ikun, iżda ċe...