Il-firda meħtieġa

Spiss nisimgħu li għandu jkun hawn l-għaqda fost il-Malta u l-Għawdxin. Spiss nisimgħu min jilmenta li l-poplu Malti u Għawdxi hu mifrud politikament. Dawn in-nies, fosthom ukoll studjużi u oħrajn fis-setgħa, jikkundannaw il-firda mingħajr riservi, u jfaħħru s-siwi u l-ħtieġa tal-għaqda. Imma jien ngħidlek li l-firda hi meħtieġa, u l-ħasra hi m’hawnx aktar minnha. Bis-setgħa u mingħajrha Meta ngħid hekk, m’iniex qed nirreferi għall-firda partiġġjana, la fil-politika u lanqas ta’ bejn il-każini tal-banda. Il-firda f’dawn il-każijiet hi balala u infantili; frott l-injoranza u l-immaturità. Firda bħal din hi biss apparenti, għax fil-fatt iż-żewġ naħat huma magħqudin waħda u sew fl-istess attitudni u mentalità tribali fariżajka u fanatika. Mhux din il-firda ngħidlek li hi meħtieġa. Din il-firda, aktar ma tinqered malajr, aktar aħjar. Il-firda li qed nirreferi għaliha hi dik ideoloġika. Jiġifieri l-firda ta’ bejn in-nies tas-setgħa u n-nies ta’ bla setgħa. Din mhijiex sempliċiment f...