Posts

Showing posts from November, 2018

Ħa tintemm il-vjolenza!

Image
Illum, il-25 ta’ Novembru, il-Ġnus Magħquda tfakkar il-Jum Internazzjonali għat-Qerda tal-Vjolenza kontra n-Nisa. Hija tifkira ta’ ċertu tifsir u importanza għax din l-għamla ta’ vjolenza, f’dinja fejn il-jeddijiet tal-bniedem huma hekk meqjuma, diżgrazzjatament għadha sal-lum waħda mill-aktar mifruxa, persistenti u qerrieda. Il-vjolenza bi preġudizzju Meta fl-1993 l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fissret xi trid tgħid b’vjolenza kontra n-nisa hija għarfitha bħala “kull għemil ta’ vjolenza li jsir kontra mara għax hi mara, li jista’ jġibilha ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika, inkluż it-theddida ta’ atti bħal dawn, atti li jġegħluha tagħmel li ma tridx jew atti li jċaħħdulha l-libertà tagħha, kemm jekk isiru fil-pubbliku kif ukoll fil-privat”. Wieħed għandu mnejn jistagħġeb kemm atti bħal dawn, li jsiru kontra mara għax hi mara, huma komuni, mhux biss barra minn pajjiżna, imma f’pajjiżna wkoll. Għadhom jeżistu nies, l-aktar irġiel, li jqisu l-mara bħala xi

No Manderaggio thorn

Image
MINTOFF, MALTA and DIMECH When well-known past events and personalities are visited by analysts who take up a perspective which is as subjective as much as novel the result is always exciting. No historical interpretation, however comprehensive, is ever the be all and end all. Viewed from different standpoints, our awareness of the past thus acquires a richness which is very often refreshing and even stimulating. For such contributions bring out hitherto unknown shades and assessments overlooked by others. Many parts of Dom Mintoff’s recently published memoirs, Mintoff, Malta, Mediterra: My youth , do just that. They are an historical document in themselves as much as a literary criticism worth consideration. It would be presumptuous on my part to even begin to attempt some thorough evaluation of the entire publication. What I propose here is to briefly inquire into just one chapter of the book, namely, that dealing with Manuel Dimech, the early 20th-century social reformer (pp. 5

L-imsejkna Libja!

Image
Seba’ snin wara l-qtil ta’ Gaddafi, il-Libja donnu ħadd ma jinteressah li jsemmiha aktar. Jew, jekk isemmiha, jinjora l-kaos sħiħ li hemm ġo fiha. Donnu kulħadd irid li tibqa’ eżatt kif inhi, għax mill-kaos ħafna qed igawdu ... barra l-poplu Libjan, li kuljum irid isaffaq wiċċu ma’ atti terroristiċi, prezzijiet ogħla għall-ħtiġijiet għall-ħajja u perikli mortali fit-toroq. Dil-ġimgħa, tentattiv ieħor biex tinstab xi għamla ta’ soluzzjoni dehret vojta daqskemm ażżardata. Indħil F’Palermo, Sqallija, ftit ’il bogħod minna, dil-ġimgħa ltaqgħu, taħt il-ħarsien tal-Ġnus Magħquda, l-irjus il-kbar li jistgħu jibdew isolvu l-problemi kbar li l-Libja bdiet għaddejja minnhom wara l-qtil ta’ Gaddafi fl-2011. Il-biċċa l-kbira jaqblu, għall-anqas bil-fomm, li pass importanti għall-istabbilità mġedda tal-Libja jista’ jkun li ssir elezzjoni ġenerali mill-aktar fis possibbli. Hemm min din l-elezzjoni jridha das-sena stess, ix-xahar id-dieħel, hemm min kmieni s-sena d-dieħla, hemm min aktar tard

Il-filosofija tal-baġit

Image
Kull baġit finanzjarju annwali tal-amministrazzjoni governattiva jaħdem b’żewġ aspetti differenti, wieħed ‘deduttiv’ u l-ieħor ‘induttiv’, u jipprova jlaqqagħhom jew jibbilanċjahom kemm jista’ jkun. Baġit li jitqies ħażin aktarx jixħet il-piż fuq l-aspett induttiv; wieħed li jitqies tajjeb jagħfas fuq l-aspett deduttiv. Kull gvern jidher li għandu jagħti kas sewwa taż-żewġ aspetti mingħajr ma joħloq dwejjaq żejjed f’xi wieħed minnhom. Dal-baġit li għadu kemm kellna donnu jagħti l-aspett deduttiv l-aktar toqol. L-issa jew l-imbagħad Nibdew mit-tieni aspett, dak ‘induttiv’. Dil-kelma tfisser li r-raġunament isir ‘minn isfel għal fuq’, biex ngħidu hekk; jew aħjar, dak li jsawwar gwidi ġenerali minn ċirkustanzi partikulari. Dar-raġunament jibda mill-fattwali, dak li jeżisti, u jfittex li jilmaħ il-possibbiltajiet u l-limiti ta’ din ir-realtà. Fl-aħħar mill-aħħar, huwa ħsieb, jew aspett, jew attitudni, li ma jmurx wisq lil hinn mir-rabta mal-preżenti u ċ-ċirkustanzi tiegħu. L-aspett

Ix-xellug jispara f’saqajh

Image
Hekk jagħmel elettorat meta jara li hemm bażi għalfejn jikkastiga ’l-politiċi tiegħu. Hekk jagħmel poplu meta jħossu avvelit. Tajjeb kemm hu tajjeb, ħadd m’għandu l-monopolju tal-poter. Ħażin kemm hu ħażin, ħadd m’hu eskluż mis-setgħa. Fil-Brażil ġara dak li diġà ġara f’ħafna nħawi oħrajn: ix-xellug spara f’saqajh u ħalla l-oppożituri tiegħu jagħmlu festa. Ix-xellug irid jerġa’ jitgħallem ikun fidil lejh innifsu. Id-difiża taż-żgħir Ir-rebħa kbira tan-neofaxxista Jair Bolsonaro fl-elezzjonijiet tal-ġimgħa li għaddiet fil-Brażil kienet possibbli minħabba n-nuqqasijiet kbar u gravi tax-xellug. Hawnhekk, bħal f’inħawi oħra tad-dinja, mhux anqas fl-Ewropa, ix-xellug ittradixxa u avvelixxa l-bażi tal-appoġġ tiegħu. Dan għamlu għax għażel li ma jkunx hu; li jbabas mal-prinċipji tiegħu; li jsir ċentrista modern. Minbarra fil-Gran Brittanja, kullimkien ix-xellug ħa tkaxkira wara oħra minħabba n-nuqqas ta’ fedeltà tiegħu lejn l-ideali li jagħżluh fil-firxa politika. Aktar ma x-xellug ji