Il-ħtieġa tar-reviżjoniżmu

It-terminu ‘reviżjoniżmu’ ġej mill-kelma ‘reviżjoni’, jiġifieri li terġa’ żżur—tagħmel ‘ revision ’ bl-Ingliż—ta’ xi ħaġa li tkun diġà saret. Hija kelma xi ftit jew wisq teknika li tintuża għal għadd ta’ skopijiet li, jidhirli, tajjeb li bniedem ikun jaf bihom. Ħafna drabti, int u jien kemm-il darba nagħmlu reviżjoni, jew anki reviżjonijiet, ta’ affarijiet li nkunu diġà lestejna mingħajr ma nsejħulu hekk. It-tifsir Aktarx li l-kelma ‘reviżjoniżmu’ saret moda għall-ewwel darba fit-teorija politika marbuta mal-Marxisti. Fost dawn kien hemm min isejjaħ hekk, bi tmaqdir, lil dawk fosthom li fil-fehma tagħhom ma kinux qed jaċċettaw id-duttrini ta’ Marx fl-għamla safja u pura tagħhom, imma kienu qed jinterpretawhom skont teoriji moderni li ma kinux xierqa. F’dan is-sens, skont il-Marxisti ortodossi r-reviżjonijiet il-ġodda kienu eretiċi. Minn hawn, il-kelma ‘reviżjoniżmu’ ħadet xejra kemxejn negattiva. Qisha bdiet tintuża għal xi ħadd li jagħmel reviżjoni żbaljata, nonkonformista jew...