Annimali domestikati u nies oħra (3)


Id-domestikazzjoni tan-nies issir b’miljuni ta’ modi. L-adulti jużaw kull mezz possibbli biex jibdlu u jagħġnu liż-żgħar u jgħaddulhom id-drawwiet, il-valuri u t-twemmin tagħhom. Għas-soċjetà hija mill-aktar ewlenija li ż-żgħar jiġu ddomestikati mill-aktar fis, u li din id-domestikazzjoni tkun dejjiema.

It-theddid

Meta konna żgħar għallmuna ngħixu fl-ambjent domestiku sabiex noħolqu l-iċken inkwiet possibbli. Dan hu l-iskop tad-domestikazzjoni. Madanakollu, għandu l-iskop ukoll li dawk iddomestikati jsiru parti mill-ambjent li fih irid jgħix kulħadd. Għalhekk, hija l-paċi li l-ambjent domestiku jrid. Dan isir biex jibdel lil kulħadd għal għajnu u jġibhom xi ftit jew wisq l-istess.

It-tfal jiġu ddomestikati kemm biż-żegħil kif ukoll bil-kastigi. Dejjem, f’kull każ, hemm l-element tat-theddid. Kemm meta l-ordnijiet liż-żgħar isiru bil-ħlewwiet kif ukoll meta jsiru bil-goff, kollha kemm huma jheddu li, jekk ma jsir kif mitlub, ikun hemm konsegwenzi koroh. Minn mindu nkunu tfal nitgħallmu malajr nevitaw il-kastigi, u għalhekk malajr naċċettaw li jidħlu ħelu ħelu fl-ambjent domestiku.

Kull liġi li teżisti, kemm fuq livell domestiku kif ukoll fuq livell nazzjonali jew internazzjonali, dejjem fiha element ta’ theddid. Infatt, ma tista’ teżisti ebda liġi tal-bnedmin mingħajr theddid. It-theddid jidħol bħala konsegwenza ta’ kastig jekk il-liġi ma tinżammx. Mingħajr theddid m’hemmx liġijiet. Hu ċar, għalhekk, li kull liġi hi vjolenti, u għandha s-saħħa biss bil-vjolenza li twiegħed.

Il-vjolenza

Kull kastig hu vjolenti. Hu għalhekk li minn età ċkejkna ħafna nitgħallmu nevitaw il-vjolenza li tiġi minħabba li ma niddomestikawx biżżejjed irwieħna. Bil-theddid tal-vjolenza nitgħallmu ninbidlu, nieħu t-tieni natura tagħna, ninsew lilna nfusna, u nsiru parti ċivilizzata tal-ambjent ċivilizzat. B’hekk insiru doċli, akkomodanti, paċifikanti u ubbidjenti.

Ħafna drabi dan kollu jsir bl-aktar mod ħlejju kemm jista’ jkun. Għalkemm mhux dejjem. Kulħadd jiftakar ix-xebgħat li qala’ meta kien iżgħar. Rari ssib xi ġenitur li mqar darba ma refax idu fuq uliedu. U jekk dan m’għamlux, żgur li għolla leħnu, għajjat, hedded jew saħan. Hekk għallmuna l-ġenituri tagħna biex jiddomestikawna.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, din id-domestikazzjoni ġiet bl-ilwien u l-ilsien tal-imħabba. Kien għax qalu li jħobbuna li l-kbar biddluna ħalli jiddomestikawna. Għax iħobbuna, ridnuna ma nibqgħux slavaġ. Għax iħobbuna, riduna nsiru ċivilizzati, suriet in-nies, iddomestikati. B’hekk ġabu fuqna l-aqwa ġid li setgħu jimmaġinaw: in-natura ċivilizzata.

Tfal inkorreġġibbli

Hawn tfal u tfal. Hawn tfal li malajr joqogħdu għad-domestikazzjoni mingħajr wisq problemi. Hawn ukoll oħrajn li, le, donnha d-domestikazzjoni jirreżistuha aktar. Il-ġenituri kollha jafu mill-esperjenza x’jiġifieri jkollok tfal ta’ dawn iż-żewġ naturi differenti. Bla dubju, huma qiesu lil tal-ewwel tfal aħjar minn tat-tieni, għax skonthom hu aħjar minn iħalli lil min jiddomestikah.

Illum tfal li jirreżistu d-domestikazzjoni għandna ħafna ismijiet kliniċi għalihom. Huma msieken għax ikun hemm lest għalihom pilloli, terapiji, tobba u x’naf jien. Dawn jitqiesu tfal li għandhom difett jew tfal morda. Tfal li jirreżistu d-domestikazzjoni jridu jiġu mfejqa għax ma jitqisux normali; jeħtieġu l-għajnuna u jridu jgħaddu minn mediċini differenti sakemm in-natura tagħhom iċċedi.

Id-domestikazzjoni ma titqiesx marda. Bil-kontra, titqies l-aktar ħaġa naturali fid-dinja; l-aktar ħaġa b’saħħitha li l-kbar jistgħu jixtiequ għaż-żgħar tagħhom. Hu marid min ma jħallix lil min jiddomestikah, jibdlu biex iġibu suriet in-nies. Jitqies marid min ma jridx jitmarrad bid-domestikazzjoni.

Hekk hi d-dinja. Hekk aħna lkoll.

Inkomplu



Comments

  1. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

'Dear Dom' – A superficial, banal, and insolent film

Humiliating and shameful