Posts

Ghaliex il-Knisja hija kontra d-divorzju?

Image
Il-mistoqsija semplici tieghi hawnhekk se tkun din: Ghaliex il-Knisja Kattolika hija kontra d-divorzju meta Gesù nnifsu kien FAVUR id-divorzju? Nixtieq noffri ftit hsibijiet dwar ghaliex u kif tista’ tigi mwiegba din il-mistoqsija. Naghmel dan fl-ispirtu ta’ diskussjoni u qsim ta’ ideat u b’ebda mod assolutista jew dommatistiku. Id-diskussjoni rispettabbli u intelligenti, dwar id-divorzju jew dwar hwejjeg delikati ohra, hija sabiha u sana, u ghandha tqis l-aspetti kollha tal-kwestjonijiet diskussi. Ghaldaqstant, ma nahsibx li din it-tema li nixtieq nittratta fil-qosor hawnhekk inghatat s’issa l-attenzjoni li jixirqilha jew is-siwi li ghandu jkollha. Il-Knisja u Gesù Jiena jidhirli li kull argument iehor―socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku u l-bqija―li l-Knisja Kattolika tista’ ggib kontra d-divorzju ma jista’ qatt jinghata siwi, ghallanqas mill-punto di vista tal-Knisja Kattolika, aktar minn dak li qal u ghamel Gesù. Ovvjament, dan ma jfissirx li l-argumenti socjolog...

L-inzul fuq il-qamar

Tghid gidba hoxna!? It-Tnejn li ghadda, 20 tax-xahar, gie mfakkar l-40 anniversarju mill-inzul tal-ewwel bniedem fuq il-qamar. Dan jinghad li sehh fl-1969 mill-astronawt Amerikan Neil Armstrong. Dak il-hin stess, l-inzul storiku tieghu ixxandar dirett fuq it-televizjoni lil madwar 500 miljun ruh, fosthom bosta f’Malta. Imma xi whud izommu li dan l-inzul fuq il-qamar fil-fatt MA SEHH QATT! Tghid possibbli? Il-missjonijiet lunari B’kollox, l-Amerikani jsostnu li nizlu sitt darbiet fuq il-qamar f’missjonijiet spazjali differenti. Tnejn jinghad li sehhew fl-1969 (Lulju u Novembru), tnejn fl-1971 (Frar u Lulju) u tnejn ohra fl-1972 (April u Dicembru). Dawn il-missjonijiet jinghad li wasslu b’kollox 12-il ruh fuq wicc il-qamar u lura ghad-dinja. Fl-ewwel missjoni, dik ta’ Apollo 11 f’Lulju tal-1969, jinghad li l-kabina lunari damet fuq il-qamar saghtejn u nofs biss, biz-zewg astronawti ’il barra minnha 21 minuta u nofs biss. Fis-sitt missjonijiet kollha, l-Amerikani jsostnu li l-kabin...

Pietru Caxaru u l-Kantilena tieghu

Image
Il-familja Caxaru kienet wahda qadima f’Malta fis-sekli 15 u 16. Pietru Caxaru, membru ta’ din il-familja, kiteb dik li s’issa hija maghrufa li hija l-eqdem poezija bil-Malti, maghrufa bhala “Il-Kantilena” jew “Xidew il-Qada”. Bejn wiehed u l-iehor, din il-poezija nkitbet madwar l-1450. Pietru Caxaru, il-kittieb famuz taghha, miet fl-1485. Dan l-ahhar, bhal meta wiehed jistenbah minn raqda twila, il-“Kantilena” regghet gibdet interess tal-ghageb. X’siwi ghandu dan l-interess imgedded? Interess personali Qabel xejn, nixtieq nghid ghala Pietru Caxaru u l-“Kantilena” tieghu ghandha tinteressanti mill-qrib. Hemm tliet ragunijiet ewlenin: l-ewwel, Pietru Caxaru hu midfun fil-knisja taghna tad-Dumnikani tar-Rabat. Infatti, Pietru ndifen f’kappella li l-bini taghha (meta kienet qed tinbena l-knisja) hallas ghalih minn butu stess. Pietru kien habib ta’ diversi Dumnikani eruditi li kellna f’dak iz-zmien. It-tieni raguni hija li dak li ‘skopra’ l-“Kantilena” kien Dumnikan ukoll: il-habib...

Il-pjanijiet ta’ Piano

Jien ma nistax nifhem! Skond il-gazzetti tista’ tghid kollha, ta’ kull naha, Nazzjonalisti u Laburisti, l-ammirazzjoni, il-fohrija u s-sodisfazzjon kbir ghal dak li hazzilna l-Arkitett Renzo Piano ghad-dhul tal-belt Valletta (li ghalihom dahhal fil-but kemxa flus gmielha!) huma universali. Il-pjanijiet tieghu ghogbu lil kulhadd. Ingibed lejhom kulhadd. Habbhom kulhadd. Iridhom kulhadd. Jien ma nistax nifhem, nerga’ nghid. Mela dan-nies kollha ghajnejhom mhux f’wicchom qeghdin!? Il-krizi spiccat? Ibda biex, mela issa m’ghadniex fi zmien ta’ recensjoni serja!? Sa din il-gimgha stess li fiha l-gvern wera r-rieda tieghu li jberbaq miljuni ta’ Ewro fuq dan Piano u fuq it-twettiq tal-pjanijiet tal-ghageb tieghu, il-Ministru tal-Finanzi ghadu kemm stqarr ma’ Brussell li huwa impossibbli li sas-sena d-diehla nnaqqsu d-deficit b’mod sodisfacenti u accettabbli. Allura qed niggennu, x’qed naghmlu!? Jew qed niggennen jien!? Donnu kulhadd nesa li dat-tberbiq mhuwiex mehtieg. Huwa kapricc li l...

Taparsi ‘bouncers’

Il-qtil razzista ta’ Suleiman Abubaker hareg ghad-dawl fenomenu li kien qieghed isehh kontinwament f’Paceville u f’postijiet ohra f’Malta u Ghawdex u li l-omertà ta’ hafna Maltin u Ghawdxin kienu qeghdin izommu mistur ghal kollox: l-illegalità u l-abbuz li bihom xi nies kienu qeghdin jaghmluha ta’ ‘bouncers’ ma’ postijiet pubblici. Abbuz u omertà Il-bicca l-kbira tal-‘bouncers’ li xi whud minna jiltaqghu maghhom ma’ diversi postijiet pubblici jew f’diversi attivitajiet pubblici ma huma ‘bouncers’ xejn. Jigifieri mhumiex iccertifikati biex jaghmlu dak ix-xoghol. Dawn huma aktarx nies b’fiziku konsiderevolment kbir, aktarx b’sahhithom u moghtijin ilbies u apparat li jissuggerixxi l-hidma li jaghmlu. Minkejja d-dehra ta’ barra, il-hidma taghhom ta’ ‘bouncers’ hija illegali u abbuziva. Jitqabbdu jaghmlu xoghol fid-dieher u taht imnieher il-pulizija minghajr m’ghandhom il-permess jew it-tahrig. Min iqabbadhom jistenna biss attitudni ta’ theddid. Dan konna ilna nghixu bih hafna snin....

Lejn socjalizmu sinifikanti u relevanti

Is-socjalisti Maltin ghandhom ikunu socjalisti ta’ veru. Mhux taparsi. Jew tal-isem. Is-socjalizmu Malti tallum huwa tahlita ta’ (1) assunzjonijiet konservattivi infundati, (2) aderenzi religjuzi superficjali u (3) temarità reali. Assunzjonijiet konservattivi infundati Ir-radikalità tipika tas-socjalizmu klassiku mkien ma tinstab fis-socjalizmu Malti tallum. Is-socjalizmu huwa hekk immerraq li kwazi kwazi huwa indistingwibbli mill-konservatizmu tradizzjonali li jithaddem f’Malta. L-agenda liberali, forsi fil-linja ta’ Stuart Mill, hija prattikament abbandunata ghal kollox. Il-valuri tal-ideologija socjalista Maltija―jekk tezisti xi wahda artikulata (li niddubita serjament)―hija mdakkra mill-valuri li l-opportunizmu konservattiv Malti u l-paternalizmu klerikali hadmu kemm felhu biex zerghu fil-mentalità generali Maltija. B’mod wiesgha, dawn il-valuri ma jqisux il-persuni bhala siewja fihom infushom, imma bhala dadi fil-loghba politika. Il-persuni huma sottomessi ghall-programmi po...

The police and other showmen

Plato seems to have been utterly impressed by at least one basic point made by earlier philosophers: that what we see is not what there is but merely what we get. After Plato, Aristotle gave this inkling the status of a trade mark, and the medievalists turned it into a distinctive brand of European philosophy. The art of detecting appearances, and the subtle techniques of discovering what lies underneath, became the special craft of the able, quick and sharp. The Great Suspicion of the West thus became: Nothing Is What It Seems! Philosophers made of it a religion; and politicians a science. For the time being I will leave the philosophers and their religions. I will only take up here one single strand of the politician, and that is the policemen. That the police are politicians should not surprise you. They deal with the political state, to say the least; and they engage themselves thoroughly in the politics of social life. But, worthy as they may be, these are not what I understand ...