Posts

Twegibiet lill-Musulmani

F’Settembru li ghadda, habibi u siehbi Patri Joe Ellul, Dumnikan, bghattli l-ktieb l-gdid tieghu ‘Il-Ghala tat-Tama li Ghandna: Twegibiet lil hutna l-Musulmani’. Apparti l-kontenut tieghu, stennejt li se nsib fih xoghol ta’ kalibru kif is-soltu jaghtina Patri Ellul, u ma kontx iddizappuntat. Ta’ bniedem studjuz u mharreg fit-tema li ttratta, Patri Ellul tana xoghol interessanti ferm u siewi ghas-socjetà taghna. Bniedem kompetenti Ghal min ma jafx lil Patri Ellul, dan tharreg professjonalment fl-istudji Arab u Islamistici fl-Istitut Pontificju ta’ Ruma li jispecjalizza f’dawn l-oqsma. F’Ruma tharreg ukoll fit-teologija ekumenika fl-Università Angelicum. Kemm Ruma u kemm fl-Università ta’ Malta, jghallem dwar ir-rabtiet bejn il-knejjes Insara tal-Lvant Qarib u l-Izlam fiz-Zminijiet tan-Nofs, kif ukoll dwar it-tradizzjoni filosofika u teologika tal-Izlam u l-hsieb ta’ San Tumas t’Akwinu. Barra mit-taghlim li jaghmel, Patri Ellul hu d-Delegat tal-Arcidjocesi ta’ Malta ghad-djalogu ...

Il-helsien li ghad irid jigi

It-tifkira ta’ Jum il-Helsien m’ghandux ikun biss celebrattiv. Ghandu jkun mument li fih, filwaqt li nirriflettu fuq l-imghoddi, naghmlu l-kontijiet mal-prezent, u nfittxu li naraw nilmhux gejjieni ahjar milli kellna jew ghandna. B’dawn il-ftit kelmiet, nixtieq li nghinek taghti harsa hafifa lejn il-mixja socjali u politika taghna u wkoll li noffrilek ftit ideat ghar-riflessjoni tieghek dwar fejn sejrin. It-tnissil tal-Istat Sekulari Malti Fil-31 ta’ Marzu tal-1979 intemm b’mod definittiv il-ftehim tal-prezenza tal-Qawwiet Militari Britannici f’Malta wara kwazi 180 sena li kienu ilhom fostna. Skont ma kien gie miftiehem fil-21 ta’ Settembru tal-1964, dan il-ftehim kellu jintemm tmien snin qabel, fl-1971. Izda l-kolonizzaturi Inglizi taghna, skont ma kienu ftiehmu mal-gvern Malti ta’ dak iz-zmien, hasbu li jistghu jaqbdu u jirtiraw il-Qawwiet Militari taghhom minghajr wisq obbligazzjonijiet lejn il-poplu Malti. Wara kollox, kien ghalhekk, u ghalhekk biss, li, qabel l-Elezzjonijiet G...

President ta’ veru

Ma nafx tafx: jien ma tantx jien delettant ta’ diskorsi kkuluriti u priedki ffjuriti. Sa fejn nista’, nevitahom, ghax javveluni: iqabbduni attakk imbarazzanti ta’ titwib. Imma d-diskors li smajt fit-3 ta’ Frar li ghadda l-Belt, mill-President ta’ Malta, Dr George Abela, la kien kulurit u lanqas fjurit. Kien diskors ta’ veru li bih il-President ma ddejjaqx iqieghed sebghu fuq il-ferita. Holm Ewropew Nghid id-dritt, mort il-Muzew tal-Arkeologija ghall-laqgha b’nofs qalb. Kien qieghed isir il-ftuh ufficjali tas-Sena Ewropea ghall-Glieda Kontra l-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali. U tlablib dwar dan is-suggett xbajt minnu. Suppost, ghaxar snin ilu f’Lisbona l-Kunsill Ewropew (tal-UE) halef li jeqred il-faqar mill-Ewropa. U ghaxar snin wara ghadna fejn konna, jekk mhux f’pozizzjoni aghar! Issa jridu jeqriduh f’sena wahda! Fl-2000, l-idea kienet li sa din is-sena, l-Ewropa ssir, skont huma, ‘l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika tad-dinja’, u dan billi, fost il-mizuri li tiehu, teqred i...

L-istorja sigrieta tal-Gay Maltin

Ftit tax-xhur ilu, hareg fl-Awstralja ktieb imdaqqas interessanti miktub mill-avukat Dr Joseph Chetcuti. Jismu Queer Mediterranean Memories . Il-ktieb hu xoghol ta’ ricerka kbira b’bazi dokumentarja qawwija. Bazikament, il-ktieb jittratta l-mod kif l-omosesswalità giet meqjusa fl-imghoddi gewwa l-gzejjer Maltin, u wkoll kif xi ftit jew wisq tigi meqjusa llum. Titlu u kontenut Difficli tittraduci ghall-Malti t-titlu tal-ktieb minhabba l-loghba fuq l-aggettiv ‘queer’. Din tista’ tfisser diversi affarijiet. Tista’ tuzaha biex tirreferi ghal xi haga stramba jew differenti mis-soltu; tista’ tuzaha biex turi li xi haga hi suspettuza; tista’ tuzaha biex tirreferi ghal xi hadd li mhux qed ihossu f’siktu; tista’ tuzaha ghal bniedem mahniex; gieli tintuza b’mod dispreggjattiv biex tirreferi ghal persuna effemminata; gieli tintuza wkoll b’mod offensiv biex tindika persuna bla sinsla; u, naturalment, tintuza wkoll biex tindika persuna omosesswali. Dr Chetcuti juza’ dan l-aggettiv apposta bie...

“Irridu Stat lajk!”

Xahar ilu, fi tmiem ghaxart ijiem ta’ konferenza generali, Joseph Muscat, il-Kap tal-Partit Laburista ghamel diskors interessanti (u, fil-fehma tieghi, importanti) li fih offra, ghall-ewwel darba f’xi tletin sena, vizjoni realista u vijabbli ghall-partit tieghu u ghan-nazzjon Malti. Rabta ma’ Idea Kien hemm bzonn daqshekk zmien―madwar tletin sena―sabiex il-partit jistejqer mill-figura monumentali tal-Perit Mintoff u l-vojt li halla warajh. F’dan iz-zmien kollu, kien hemm strategija ghaddejja min-naha tal-Partit Nazzjonalista li sfrutta b’sengha perfetta u makkjaveljana l-luttu twil u konfuz tal-Partit Laburista. Din l-istrategija u dan il-luttu nistghu nghidu li ntemmu xahar ilu, fis-7 ta’ Frar tal-2010, meta Joseph Muscat ghamel, saflahhar, sejha li tinftiehem: “IRRIDU STAT LAJK!”. Il-htiega u l-attwalità ta’ din l-istqarrija hija appoggjata mix-xjenzi socjali, politici u ekonomici, mill-filosofija tar-realtà storika u mis-sens komun. Ghall-ewwel darba f’dan iz-zmien kollu, je...

It-tragedja ta’ Berry Lee

Il-kaz ikreh u sfortunat li sehh fil-habs ta’ Kordin it-Tlieta li ghadda hallieni b’qalbi maqsuma ghal kollox. Il-mibki Berry Lee, Ingliz ta’ 45 sena, li ha hajtu b’idejh f’cella ta’ Divizjoni Sitta, kien vittma ta’ bosta cirkustanzi li lkoll flimkien wassluh sabiex jiehu dan il-pass fatali. Prigunier bhal haddiehor Berry kien tip kwiet mhedi bil-kotba u l-muzika. Kellu l-hbieb tieghu u kien imur tajjeb ma’ kulhadd, izda kien ihobb izomm il-problemi tieghu ghal wiccu biss. L-inkwiet li wasslu l-habs u d-diversi stramberiji tal-processi gudizzjarji tieghu kien jinkwieta bihom hu biss, minghajr ma joqghod jghabbi lil haddiehor bihom. Ic-cirkustanzi ta’ mewtu, ghalkemm certament xi whud se jippruvaw isibu raguni wahda responsabbli ghalihom ilkoll, kienu diversi. Ma kinux biss personali, imma wkoll istituzzjonali. Berry kien wiehed biss minn madwar hames mitt prigunier li llum jghixu fil-habs taghna f’kundizzjonijiet mhux dejjem felici. Hu facli li nisthajlu li Berry kien xi prigun...

Ftakru fir-Refugjati!

Kemm hu facli li, minhabba l-qawwa tad-drawwa, ninsew realà li tinsab maghna kuljum: dik tar-refugjati imsakkrin fil-kampijiet! Kemm hu facli ninsew il-haddiema Maltin li ta’ kuljum jahdmu f’din ir-realtà difficli! Kemm hu facli li naghzlu li, waqt li ahna nghixu komdi fi djarna u fi hdan il-familji taghna, naghzlu li ninjoraw din il-pjaga dejjem tnixxi wara biebna. In-nasba tad-drawwa Naturalment, hemm differenza bejn ‘tinsa’ u ‘tinjora’. Tinsa donnha ma ssirx apposta, mentri tinjora iva. Ir-refugjati msakkrin gimgha wara gimgha, xahar wara xahar, u lill-haddiema, aktarx tal-Forzi Armati, li jieqfu u jservu ma’ dawn l-imsejkna nies, inwarrbuhom mill-konoxxenza u l-kuxjenza taghna konxjament jew inkonxjament? Semmejt qabel il-‘qawwa tad-drawwa’. Id-drawwiet ghandhom il-hila jnessuna hafna affarijiet. Anki li nies tant qrib taghna fizikament, ghalkemm ma niltaqghux maghhom personalment, qeghdin ibatu. Xi kultant, naghzlu li nfittxu li nidraw certi affarijiet halli nwarrbuhom mill-...