Posts

Għarukaża ta’ RTK

Image
Jidhirli li għadda biżżejjed żmien mill-kampanja elettorali biex wieħed jikkummenta fuq l-organizzar u l-aġir tar-radju tal-Knisja Kattolika Maltija, l-RTK, fi żmien l-istess kampanja elettorali. Illum jew għada ridt nikkummenta fuq dan minħabba l-ħafna sentimenti li smajt m’għand in-nies u, biex ħadd ma jaħseb li d-dnub ta’ xi ħadd għandu jorqod. ’Il barra mill-partiġġjaniżmu Ngħiduha mill-ewwel kif inhi, mingħajr tidwir mal-lewża: l-organizzar u l-aġir tal-RTK waqt il-kampanja elettorali li għaddiet ma kienet xejn anqas minn għarukaża sħiħa. Għarukaża u tal-mistħija l-organizzar tal-amministrazzjoni tal-RTK, u għarukaża u tal-mistħija l-aġir ġenerali tiegħu. Dan jirriżulta mill-partiġġjaniżmu evidenti muri f’dan l-għodda pastorali tal-Knisja Kattolika Maltija, li ma kellu xejn pastorali, iżda kellu biss sfaċċaġni, arroganzi u insolenza. Jien m’iniex wieħed li nemmen li l-Knisja għandha tibqa’ ’l barra mill-politika, anki għax naħseb li dan fil-prattika ma jistax ikun, iżda ċe...

Id-diversità ta’ pajjiż

Image
Fost il-ħafna u ħafna kummentarji li kien hemm dan l-aħħar fuq il-kampanja elettorali, l-elezzjoni ġenerali u r-riżultati tal-votazzjonijiet, ftit li xejn kien hemm, għall-anqas minn dak li rajt jien, min impressjona ruħu wisq mid-diversità enormi li sar għandu l-poplu ta’ dawn il-gżejjer. Dan deher biċ-ċar fl-attivitajiet kemm tal-Partit Laburista u kemm tal-Partit Nazzjonalista. Reżistenza għad-diversità Id-diversità ta’ nies tista’ tkun fatt li, għalkemm ikun jeżisti fost poplu, ma jiġix magħruf biżżejjed. Ġieli jinħeba wkoll, bħallikieku kien xi tebgħa kerha fuq il-pajjiż. Meta ngħid diversità, inkun qed infisser l-aktar l-istati differenti ta’ ħajjet in-nies, l-oriġini etniċi tagħhom, l-għażliet politiċi li jkollhom u l-fehmiet diversifikati li jħaddnu. Ilkoll nafu li għad hawn min donnu dan ma jridx jaċċettah, u jqis id-diversità, kif ukoll l-integrazzjoni, bħala dnubiet kbar. Saħansitra kien hemm il-ftit, fost dawk li kkontestaw l-elezzjoni, li wkoll parlaw pubblikament ...

Rebħa = Responsabbiltà

Image
Ir-rebħa elettorali tal-għaġeb, storika, li għamel il-Partit Laburista l-Ħadd li għadda tqiegħed fuqu u fuq il-Prim Ministru responsabbiltà akbar minn qatt qabel. Il-fatt li l-moviment nazzjonali mmexxi mill-partit kiseb, fost tant u tant tfixkil, it-tieni leġislatura, u kisbu b’mandat akbar minn ta’ erba’ snin ilu, aktarx għandu jfisser li l-partit irid jieħu b’serjetà kbira l-impenn tiegħu li jżomm għajnejn il-gvern fuq l-ideali soċjali li jistqarr, u għandu jfisser ukoll li l-gvern irid ma jħallix is-saħħa enormi li għandu tiġri bih ’il fejn ma jixraqx. Ir-responsabbiltà tal-partit Ħa nibda l-ewwel bil-partit. Għedt li l-partit irid jieħu b’serjetà kbira l-impenn tiegħu li jżomm għajnejn il-gvern fuq l-ideali soċjali li jistqarr. Ovvjament, dan mhuwiex id-dmir tal-Partit Laburista biss, imma ta’ kulħadd. Madanakollu, il-partit aktarx igawdi pożizzjoni privileġġjata f’din l-obbligazzjoni. Kemm għax id-deputati tal-gvern jiġu minn ħdanu, kif ukoll għaliex il-Prim Ministru huwa w...

Ħames snin oħra

Image
Min jaf fejn se nkunu int u jien f’ħames snin? Is-sena tkun 2022. Tidher ’il bogħod. Imma mhijiex. Ħames snin jgħaddu bħal riħ, l-aktar għal min qabeż it-tletin (bħali). Nistgħu nkunu mejta. Nistgħu nkunu lejlet jew f’kampanja elettorali oħra. Min jaf? Li aktarx hu żgur hu li dalgħodu lkoll qed naħsbu fil-bidu ta’ dal-ħames snin li ġejjin u x’jkun ifisser dal-bidu għalina lkoll. Pjanijiet Kemm smajna fuq dal-ħames snin li ġejjin fil-ħames ġimgħat li għaddew! Sa minn mindu tħabbret l-elezzjoni ġenerali, fl-1 ta’ Mejju, kulma smajna kien bi pjanijiet ikkumplikati ta’ kif dal-ħames snin se jkunu għalina bħallikieku ġenna fl-art. Kull politiku għandu ħabta jaqa’ f’dan id-dnub tal-preżunzjoni, qisu l-istorja jmexxiha hu. Imma tifhmu wkoll. Għax xogħolu hu li jippjana ... u jikkonvinċi lilna li l-pjanijiet tiegħu huma ta’ min joqgħod fuqhom. Madanakollu, il-verità hi li Alla biss jaf x’jista’ jinqala’ f’ħames snin. Tabilħaqq, il-bniedem jipproponi u mn’alla jkun hekk, imma mbagħad hu...

Ħut fil-baħar

Image
L-aħħar ġimgħa ta’ kampanja elettorali qasira u intenza hija aktarx l-aktar waħda importanti. Min s’issa ma semgħax, jisma’ xi ftit. Min s’issa la kien l-hemm u lanqas l-hawn, ixaqleb. Min s’issa ma ried jaf b’xejn, jaħsibha darbtejn. Din hija l-ġimgħa kruċjali meta l-istorbju jeqliel. Kulmin nhar is-Sibt se jersaq lejn il-kaxxa tal-vot se jkun qed jixtri l-ħut fil-baħar. Il-kwistjoni kollha issa hija: min hu l-aħjar sajjied? L-esperjenza li tgħodd Kull elezzjoni ġenerali, f’pajjiżna daqskemm f’ta’ ħaddieħor, xi ftit jew wisq hija fuq il-ħut fil-baħar. Kull partit jagħmel il-wegħdiet tiegħu lill-elettorat, imbagħad hu għall-elettorat jemminhomx jew le. Hija kollha kwistjoni ta’ fiduċja f’min jagħmel il-wegħdiet, huwiex ta’ min jafdah bil-kelma li jagħti. F’din l-elezzjoni ġenerali, il-wegħdiet qed isiru minn sajjied li għandu l-esperjenza u ieħor li m’għandux. Dan, waħdu waħdu, aktarx mhuwiex biżżejjed biex issir ġudizzju minnhom. Erba’ snin ilu wkoll kellna sajjied li ma kienx...

Flieles magħduda

Image
Kemm jagħmel ħażin min jgħodd il-flieles qabel ma jfaqqsu! Ċert kemm wieħed jista’ jkun ċert minn xi ħaġa, ma jiswielu qatt li jagħmilha fatta qabel ma x-xilep ikun ġewwa. Dejjem għarralu min kanta l-glorja bla ma kellu s-sabar jistenna sakemm il-ġirja tintemm. Fuq kollox, wieħed irid jibqa’ jaqdef b’saħħtu kollha, mingħajr serħan, sal-barkun. Il-ġirja sal-barkun Il-kampanja elettorali għaddejja b’ritmu qawwi u għad fadal ġimagħtejn twal sa ma tiġi fi tmiemha. Nies imħeġġa żżejjed fuq iż-żewġ naħat tal-iskjerament politiku diġà qed jgħajtu l-hallelujah bħallikieku llum kien l-4 ta’ Ġunju. Il-ħeġġa tagħhom tagħmilhom. Jagħmlu bħal dak l-iblah ċorma jaħsibha ġgajta u għadira baħar. Iblah hu min jitlaq idejh u jserraħ moħħu għax jistħajjel li diġà qed iħoss fuq rasu r-rand tar-rebħa. Il-palju jista’ jkun f’idejk biss meta t-tellieqa tispiċċa u ebda stħajjil ma jista’ jġib dak il-waqt eqreb lejk. Xi wħud hekk qed jagħmlu għax, għandu mnejn, jobsru li l-kompetituri tagħhom waqgħu lu...

Partitiżmi, wegħdiet u biżgħat oħra

Image
Aktar ma l-folol jiskjeraw irwieħhom f’partiti tribali aktar jitbiegħdu mir-realtà. Wara biss ġimagħtejn ta’ kampanja elettorali intensa, it-trunċieri diġà tħaffru hekk fil-fond li, minn ġo fihom, wieħed jista’ jara anqas dak li hemm fil-madwar, mhux biss fil-bogħod, imma wkoll fil-qrib. Għalkemm nisimgħu dwar prijoritajiet, dak li jingħad fil-mikrofoni diġà beda jsir hekk sempliċi—anzi, sempliċistiku—li kull sfumatura jew ħajra għal argumentazzjonijiet sensata qed tintefa dejjem aktar biex jibqa’ biss karikatura bħal dik li jħażżu t-tfal tan-nuna. Il-folol jitolbu mill-kelliema l-A, B, Ċ, u l-kelliema jagħtuhom preċiżament dak. Kampanja elettorali ma tippermettix l-iċken sofistikazzjonijiet għax il-partitiżmu mhuwiex dwar x’naħsbu imma dwar li ma naħsbux. Għalhekk hija magħmula l-aktar minn slogans kważi inkomprensibbli, repetizzjonijiet kważi ipnotiċi u emozzjonijiet kważi paranojċi. Il-maniġġjar tal-biżgħat Fuq kollox, kampanja elettorali hi taħriġ fil-maniġġjar ta’ biżgħa...