L-Amerika wiċċha mal-ħajt

Waqt li fl-Ewropa l-ħsieb ta’ kulħadd qed idur madwar il-qtugħ tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea, fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku l-Istati Uniti tal-Amerika tinsab fi dwell ta’ saħħa bejn il-President Trump u l-Kungressisti Demokratiċi fuq il-finanzjament tal-‘ħajt’ ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Ħajt komplut Qabel ma wieħed jibda jaħseb fuq din il-biċċa tal-ħajt, tajjeb li jikkunsidra żewġ affarijiet li jistgħu jixħtu dawl fuq is-sitwazzjoni. L-ewwel ħaġa hi din: diġà jeżisti xi tip ta’ ħajt f’partijiet tal-frontiera ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Messiku; Trump irid biss li jżid il-firxa tiegħu. Ftit jaf li ħajt diġà hemm bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Iva. Mhuwiex ħaġa ġdida. Meta jien kont il-Messiku fi żmien il-President Obama, fil-belt ta’ Ciudad Juarez fejn kont, il-ħajt kien parti mill-ħajja ta’ kuljum. Dan għax il-preżenza tiegħu f’din il-parti tal-fruntiera kkaratterizza ħafna affarijiet oħra, bħal transport, kummerċ, traffiku ta’ nies u l-bqija. Bħalissa...