M’aħniex ħielsa!

“La aħna ħielsa u lanqas m’hawn xi moviment favur il-ħelsien.” Din kienet is-sustanza ta’ dak li qal Dr Alfred Sant f’laqgħa li jien attendejt dil-ġimgħa li għaddiet. Għalkemm din l-istqarrija tidher sorprendenti, jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit fuqha, malajr jintebaħ li hemm verità fiha aktar milli xi wħud minna lesti li nammettu. Taħt Brussell Illum, f’Jum il-Ħelsien, erħilhom xi wħud jagħmlu l-isbaħ diskorsi li kapaċi joħorġu minn fommhom; diskors imqanqlin b’patrijottiżmu jaħraq u jbaqbaq; diskorsi li jġegħluk tħossok kburi li inti Malti ħieles. Imma fihom sugu dad-diskorsi? Jew huma ħafna arja vojta li ma tfisser xejn fil-konkret? Tassew aħna ħielsa? Jew taparsi? Jekk noqogħdu fuq il-kliem ta’ Dr Alfred Sant, għandna għalfejn ninkwetaw. F’laqgħa ta’ diskussjoni li saret dil-ġimgħa, nhar il-Ħamis li għadda, organizzata l-Belt mill-fergħa tat-tagħrif tal-Partit Laburista, SKS, Sant saħaq li mhux veru aħna ħielsa llum, u mhux veru jeżisti xi moviment favur il-ħelsien ta’ pajj...