Lura għal-laburiżmu konservattiv?

Il-liġi tal-ugwaljanza li tinsab pendenti quddiem il-parlament aktarx għadha pendenti proprju minħabba t-temerità ta’ xi whud li jmexxu ’l quddiem agenda li ma togħġobx lill-konservattivi u jibżgħu li jaqilgħu l-kritika fuqha. Dan hu laburiżmu ġdid li qed naraw? Huwa l-laburizmu konservattiv li jirrovina kull aġenda xellugija? Dal-gvern m’għandux mandat elettorali bħala għandu biex joqgħod jibża’. Ħolqa ta’ kuraġġ Tnejn mill-abbozzi li jinsabu mweħħlin fil-kuruduri tal-parlament huma tal-Liġi dwar l-Ugwaljanza u tal-Liġi dwar it-Twaqqif ta’ Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza. It-tnejn huma t’importanza kapitali għad-drittijiet ċivili u politiċi ta’ biċċa kbira minna; jekk mhux għalina direttament, ċertament għal ħaddieħor. Dal-gvern għandu l-obbligu li jmexxi daż-żewħ abbozzi ’l quddiem u jgħaddihom b’liġi kemm minħabba li qed ikompli l-mandat li ngħata Joseph Muscat fl-2017 kif ukoll għax huwa laburista bi storja ta’ mitt sena kuraġġ u riskji. Dal-gvern m...