Annimali domestikati u nies oħra (1)

L-annimali domestikati huma dawk li ġew indorrijin jobdu. Huma l-annimali li nżommu fid-djar tagħna. Imma mhux biss. L-annimali domestikati huma l-biċċa l-kbira tagħna li darrewna nġibu ruħna sew, bil-għaqal u mingħajr ma nagħtu wisq fastidju. Madwar id-domestikazzjoni tagħna nbnew il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet, li xogħolhom hu li jħarsu u jassiguraw l-ubbidjenza tagħna. Din hi d-dinja li trabbejna fiha u li ngħidu fiha, imma li mhuwiex meħtieġ li nibqgħu għal dejjem mgħaffġa fil-morsa tagħha. Interessi tas-sid Annimal domestiku hu kwalunkwe annimal li dara jġib ruħu skont ir-regoli domestiċi, jiġifieri r-regoli li jagħmillu sidu. Annimal bħal dan jidra bis-swat ikun doċli, ubbidjenti u ħaġa ħajja li ma jurta kemm jista’ jkun ftit lil sidu. Annimal domestiku huwa mħarreġ jgħix man-nies f’dar, li jħares l-interessi tagħhom, u li joqgħod f’kollox għal li jgħidu huma. Hu x’inhu l-annimal --- qattus, kelb, serp, tigra, iljunfant --- dejjem irid jibdel in-natura tiegħu għall-i...