Posts

Il-ħaddiema barranin

Image
Qed issir ħaġa dejjem aktar komuni li ningħataw servizz minn ħaddiema barranin li ma jitkellmux bil-Malti. Imma bosta minnhom lanqas bl-Ingliż ma jafu jitkellmu, u spiss issib li bil-kemm kemm jifhmu dak li tgħidilhom. Ma jidhirlix li xi ħadd għandu jsiġ oġġezzjoni li l-barranin jaħdmu Malta la darba l-impjieg tagħhom huwa regolari, iżda li donnu ħadd ma jagħmel xejn bis-sengħa komunikattiva tagħhom ma naħsibx li hija xierqa. Ma jifhmux l-Ingliż F’restoranti, f’uffiċċji tal-gvern u tal-privat u f’servizzi oħra pubbliċi qed nidraw niġu wiċċ imb’wiċċ ma’ ħaddiema barranin. Infatti, jidher li l-aktar servizzi bażiċi aktar qed jiġu popolati mill-barranin milli mill-Maltin. Din ma fiha xejn ħażin għalkemm il-fenomenu, fih innifsu, jagħti wieħed x’jaħseb fuq id-dinamika tal-impjiegi. Hu x’inhu, dawn il-barranin f’servizzi bażiċi wieħed jistenna li jkunu jafu jikkomunikaw, jekk mhux bil-Malti, għall-anqas bl-Ingliż. Apparti l-fatt li, ħafna drabi, l-Ingliż ta’ dawn il-ħaddiema barrani...

L-Amerika sal-barkun

Image
Ninsabu fl-aħħar jiem jaħarqu tal-kampanja twila Amerikana għall-elezzjoni tal-45 President tal-Istati Uniti tal-Amerika. Ftit aktar minn ħmistax oħra, il-biċċa l-kbira tal-elettorat Amerikan irid jagħżel bejn ir-Repubblikan Donald Trump u d-Demokratika Hillary Clinton min minnhom se jkun fid-Dar il-Bajda mill-20 ta’ Jannar tal-2017 għall-erba’ snin ta’ wara. Ħdura u mibegħda Min segwa din il-kampanja matul ix-xhur, kif ukoll kampanji simili fi snin imgħoddija, jista’ jgħid kemm kienet atroċi u qalila. Qatt qabel ma kien hemm tant ħdura bejn il-kandidati, qatt tant baxxezza, qatt tant tgħajjir pastaż, qatt tant akkużi malafamanti. Din kienet l-agħar kampanja elettorali Amerikani ta’ kull żmien. Il-ħdura ta’ bejn il-kandidati nfirxet sa fl-elettorat ukoll u sa nbidlet f’mibegħda. Iż-żewġ kampijiet m’humiex mifruda biss fuq prinċipji u proposti politiċi, imma aktar u aktar fuq il-personalitajiet involuti, jiġifieri Trump u Clinton. U l-agħar, issa li għad fadal ftit jiem oħra bis...

L-għannej ta’ qtil

Image
Nhar il-Ġimgħa, jekk trid, jista’ jkollok appuntament interessanti: il-ħruġ uffiċjali ta’ ktieb dwar qtil makabru li sar tliet mitt sena ilu. Din l-attività se ssir fil-kunvent tad-Dumnikani tal-belt Valletta, Triq San Duminku, mis-7.00 ta’ filgħaxija ’l quddiem. Se jieħu sehem ukoll f’din l-attività l-għannej Kalċidon Vella bil-prim kitarrist Ronnie Calleja. Storja u għana Hemm raġuni għala din l-attività se ssir fil-kunvent tad-Dumnikani tal-Belt. Dan għax il-qtil li fuqu jitkellem il-ktieb il-ġdid sar proprju f’dan il-kunvent fl-1738. Il-vittma kienet Patri Viċenz Grimani, Dumnikan żagħżugħ ta’ 34 sena. Dan inqatel fiċ-ċella tiegħu stess. Hemm raġuni wkoll għala fl-attività se jieħu sehem ukoll l-għannej Kalċidon ‘Id-Danny’ bil-kitarrist Ronnie ‘Tal-Mosta’. Għax fl-1738, ftit jiem wara li nqatel il-patri, kien hemm għannej li ġietu f’rasu jgħanni l-istorja tal-qtil. Il-ballata tiegħu waslet s’għandna għax qassis kiteb il-vrus tagħha, li issa jinsabu f’manuskritt fil-Biblijot...

L-għawġ ta’ Aleppo

Image
Aleppo, il-belt kbira tas-Sirja li tinsab fil-majjistral tal-pajjiż, illum saret sinonima mal-qerda u t-traġedja, l-istess bħalma fi żminijiet oħrajn kienu sfortunatament saru mkejjen oħra bħal Bejrut u Belfast. Bħal dawk l-ibliet vittmi tal-vjolenza għamja tal-bniedem, Aleppo wkoll illum tista’ tindara b’tali mod li l-għawġ li qed isir il-ħin kollu fih—ukoll waqt li taqra dan—jintesa u jitwarrab mill-ħsieb. L-għawġ ma jonqosx Il-belt ta’ Aleppo hija waħda mill-eqdem postijiet fid-dinja abibata kontinwament sa mis-6 millennju qabel Kristu. Għandha popolazzjoni ta’ madwar żewġ miljun ruħ. Il-gwerra ċivili Sirjana laqtitha bil-kbir u llum hi assedjata kuljum, lejl u nhar. In-nies ta’ Aleppo qed jgħixu kull mument bħallikieku kien eternità, ma jafux humiex se jirnexxielhom jgħixu sal-għada jew ukoll sa filgħaxija. Franza u Spanja qed jagħmlu minn kollox mal-Ġnus Magħquda sabiex jieqaf il-ġlied f’Aleppo u n-nies tagħha jingħataw ftit nifs mit-terrur li għaddejjin minnu. L-Istati Un...

Tal-linja fl-ajruport

Image
Jekk hawn post li huwa mħabbat tista’ tgħid binnhar u billejl huwa l-ajruport. Iżda mhux għalhekk jeħtieġ attenzjoni speċjali mis-servizzi pubbliċi u privati. Jeħtieġ attenzjoni speċjali għaliex huwa mill-ajruport li dawk li jżuru ’l pajjiżna jieħdu l-ewwel impressjonijiet tajba jew ħżiena tagħna. Tajjeb; aħjar? Is-servizz tal-linja offrut mill- u għall-ajruport huwa wieħed biss minn għadd kbir ta’ servizzi oħrajn li jingħataw f’dan il-post. Jista’ jkun li lanqas ma hu l-aktar importanti, wkoll. Iżda hu servizz li, la darba jingħata, għall-anqas għandu jkun wieħed li jgħin kemm jista’ jkun lin-nies. Żgur m’għandux ikun hemm biex ifixkilhom. Ibda biex, jeħtieġ li wieħed jgħid li, f’dawn l-aħħar ftit snin, dan is-servizz tal-linja mill- u għall-ajruport tjieb fuq li tjieb. Iżda xi kultant, xi ħadd li jagħmel id-deċiżjonijiet jaqbad u jaqtagħha li jibgħat lura servizz bħal dan li kien sejjer ħarir. Jista’ jkun biex xi ħadd jiffranka. Jista’ jkun biex xi ħadd jagħmel sold aktar. ...

Librerija qatt mitmuma?

Image
Bieb il-belt Valletta, li tlesta aktar minn sena ilu, igawdih kulħadd, inkluż il-mijiet ta’ turisti li jgħaddu minnu ta’ kuljum. Id-disinn ta’ Renzo Piano fih dehra, bla dubju, anki jekk xi wħud s’issa nsew il-miljuni li ntefqu minn flus il-poplu ħalli dan isir. Iżda hemm biċċa mill-proġett li baqa’ ma tlestiex. Anzi, qatt ma nbeda. Din hi l-librerija tal-Parlament. Kif jgħidu, bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb. Dokumenti rari, uniċi u prezzjużi Il-librerija hija bogħod mill-għajn għax il-post fejn suppost li xi darba tiġi ma jidher minn inkien. Tidher biss il-mina ta’ wieħed mit-truf tagħha, hemmhekk, fil-foss ta’ Bieb il-Belt int u dieħel fuq il-lemin, minfejn qabel, sa l-1929, kienet taħdem il-ferrovija. Il-post intuża bħala xelter fl-aħħar gwerra. Minn dak iż-żmien lil hawn, il-mina baqgħet vojta, qisha ġerha li ma titfieqx. Fil-proġett ta’ Piano, li tlesta bejn l-2011 u l-2015, il-librerija tal-Parlament kellha tiġi eżatt fejn illum naraw il-Parlament ta’ Malta. Għalkemm...

Qerq bit-turist

Image
Ma tantx jagħtu fil-għajn. Lanqas ma jissemmew wisq fl-aħbarijiet. Ftit jaffettwaw direttament lil xi ħadd minna. Qajla nisimgħu bihom mingħand ħadd. Iżda r-realtà qiegħda hemmhekk: turisti li, wara li nilqugħhom għandna, inqarrqu bihom. Xi kultant, meta taqbad diskussjoni ma’ xi wħud mit-turisti, jew tkellem lil xi ħadd li għamel dan, issib li xi wħud mill-Maltin u l-Għawdxin ma jiddejqux iqarrqu bit-turisti bħallikieku kienu nies li jistħoqqilhom l-isfruttament. Turisti misruqa Għalkemm dan hu fenomenu li qajla jissemma, spiss tisma’ privatament lil min kien xhud ta’ qerq li jsir bit-turisti. Dan mhuwiex sew. Lill-barranin li jsuru xtutna għandna dejjem nirrispettawhom u naraw li l-mawra tagħhom fosthom ma tinbidilx f’waħda ta’ wġigħ il-qalb. Sfortunatament, iżda, mhux dejjem hu hekk. Il-qerq li jidher li jsir bit-turisti jkun ta’ diversi għamliet. Skont statistika tal-pulizija li tista’ tindikalna dawn l-għamliet, l-aktar prevalenti (madwar 90%) huwa s-serq li jsir lit-turis...