Posts

Erġajna koppi!

Image
Il-Knisja Kattolika f’Malta u Għawdex reġgħet qed tiskjera ruħha kontra l-minoranzi tas-soċjetà. Ma titgħallem qatt! Ibda mill-kwistjoni ma’ Strickland bejn l-1928 u l-1932, għaddi għar-riformi ta’ Boffa biex jidħlu t-taxxa fuq il-qligħ u l-vot tan-nisa, kompli bir-referenda tal-Integration u l-Indipendenza, u spiċċa bir-referendum fuq id-divorzju u bil-liġi tas-sħubijiet ċivili, l-istorja baqgħet tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti ruħha mingħajr qtugħ. Knisja reazzjonarja. Knisja li tidher skjerata kontra ż-żgħir. Knisja magħluqa fil-bużżieqa ta’ moħħha. Wara kollox, ... Knisja li tibqa’ deċiża li tispara f’saqajha. Il-problema Issa waslet id-daqqa fuq il-kwistjoni tal-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun. Erġajna bdejna naraw l-isteriżmi. Erġajna bdejna nisimgħu l-argumenti sempliċisti. Erġajna bdejna naraw il-kruċjati. Erġajna bdejna nisimgħu bix-xenarji apokalittiċi. Erġajna bdejna naraw ... insomma ... erġajna bdejna naraw il-vavati ta’ dejjem. Il-p...

Il-politika taċ-ċelebrazzjoni

Image
F’Sidney, l-Awstralja, issir kull sena ċelebrazzjoni immensa msejħa “Mardi Gras” (taqraha mar-di gra ). Din taħbat kull tieni Sibt ta’ Marzu. Huwa l-appuntament annwali tal- gay , il-lesbjani, it-travestiti, it-transesswali u l-bqija. Id-differenza kbira bejn din l-attività u oħrajn simili tagħha li jsiru f’Sidney stess u f’inħawi oħra tad-dinja hija li, filwaqt li dawn huma ċelebrazzjoni politika, din tista’ tissejjaħ il-politika taċ-ċelebrazzjoni. Demostrazzjonijiet apolitiċi X’differenza hemm bejn it-tnejn? Fil-waqt li ċ-ċelebrazzjoni politika tiġbor attivitajiet li jagħmlu preżenza, punt u/jew protesta politika, il-politika taċ-ċelebrazzjoni tiġbor attivitajiet li huma maħsuba biss biex min jieħu sehem fihom―f’dan il-każ, gay , lesbani u l-qbija―jieħdu gost, jiffesteġġjaw, jagħmlu frattarija, joħolqu karnivalata … Ovvjament, diċ-ċelebrazzjoni pjaċevoli jkollha lat politiku, bla dubju. Imma l-iskop ewlieni tagħha ma jkunx politiku; anzi, ikun apolitiku, kontra l-korrettezza ...

Marx ta’ mitejn

Image
Il-bieraħ, 5 ta’ Ġunju, 2018, il-kbir filosfu u teoriku ekonomiku u soċjali, Karl Marx, għalaq 200 sena mit-twelid tiegħu fl-1818. L-akbar sfortuna taċ-ċivilizzazzjoni tagħna f’dawn l-aħħar seklu u nofs kienet li xi wħud semgħu minnu żżejjed u li oħrajn ma semgħux minnu biżżejjed. Xi wħud għamluh alla, oħrajn dimonju, mingħajr ma kien la l-wieħed u lanqas l-ieħor. Illum, imsoffi mill-forġa tat-tiġrib, fi żmien meta l-oppressjoni kapitalista ħolqot dwiefer ġodda ta’ sfruttament, qed jerġa’ jingħata widen b’qalb ġdida u b’moħħ imġedded. Ħsieb u ħolm Marx twieled fis-saltna tal-Prussja, il-Ġermanja l-antika, f’raħal jismu Trier, u miet f’Londra, l-Ingilterra, erbgħa u sittin sena wara, fl-14 ta’ Marzu tal-1883. Bejn dawn iż-żewġ dati, għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu f’Pariġi, Brussell, il-Kolonja u Londra, maħrub mill-persekuzzjoni tal-gvernijiet minħabba l-kitbiet politiċi tiegħu. F’dil-ħajja, wieħed mill-akbar imsieħba mill-qrib tiegħu u ħabib tal-qalb kien il-filosfu u l-kummerċ...

What strategy is there?

Image
Once more, the Catholic Church in Malta and Gozo is giving the damning impression that it is the same retrograde of old. Rightly or wrongly, the amendments to the Protection of Embryos Act ruffled its feathers, and the clarion call, “Once more unto the breach, dear friends, once more”, has been blurted out. My interest here is not to defend any of the amendments. Nor is it to weigh the criticism drawn up by the Church or by its cohorts. My point is merely to discuss strategy. To be more precise, to consider how the Church seems to be strategically depositing itself in its opposition to the proposed amendments. In living memory we already have ample experience of this. What comes to mind is the divorce referendum campaign and the issue of same-sex marriages. Some will go as far back as to the Integration and Independence referenda. Each and every time, repeatedly, the campaign strategy of the Church ended up giving the impression that it stands against minority rights. This time...

Aħna lkoll għalliema

Image
Għal ħafna minna, l-għalliema huma dawk li jgħallmu fl-iskejjel. Dawn huma għalliema, tassew, imma mhux biss. Ilkoll kemm aħna ngħallmu lil xulxin u nitgħallmu minn xulxin. Irridu jew ma rridux, imħarrġa jew le, professjonali jew le, aħna lkoll għalliema. Nitgħallmu minn xulxin In-nies jitkellmu man-nies u jagħmluha ma’ xulxin. Dan l-għemil sempliċi jqegħidna f’qagħda li nosservaw lil xulxin, nisimgħu lil xulxin u nirreazzjonaw għal dak li jgħid u jagħmel ħaddieħor. L-istess jagħmlu n-nies magħna: josservawna, jisimgħuna, jirreazzjonaw għal għemielna u kliemna. Dan ma nistgħux naħarbuh. Isir il-ħin kollu: ġewwa d-dar ma’ ħaddieħor u ’l barra minnha. B’dan l-għemil aħna lkoll niltaqgħu ma’ kull tip ta’ nies ta’ kull età. Bħalma nagħmlu aħna, huma wkoll ikollhom moħħhom jirreġistra dak li qed jagħmel u jgħid ħaddieħor. Ikunu qed jiżnuh, jagħbluh, iqisuh u jixtarruh. L-osservazzjoni twassal għall-ħsieb, u l-ħsieb iwassal għat-tixrid u l-qsim tal-ideat. Dan hu proċess kontinwu ta...

Opri t’arti

Image
Meta nitkellmu fuq opri t’arti, ħafna minna jaħsbu fil-pitturi u l-iskulturi famużi li jżejnu l-mużewijiet u l-knejjes tagħna. Ftit minna aktarx jistgħu jiftaħru li għandhom opra t’arti d-dar biex jitgħaxxqu biha. L-opri t’arti huma għaljin wisq u rari wisq biex iżejnu l-biċċa l-kbira ta’ djarna. Madanakollu, opri t’arti jista’ jkollok id-dar int ukoll. Mhux f’għamla ta’ pitturi jew skulturi, iżda f’għamla oħra li, għalkemm prezzjuża, mhijiex daqshekk għalja. Stedina għalik Il-kotba jistgħu jkunu opra t’arti wkoll. Il-letteratura tad-dinja, flimkien ma’ dik Maltija, hija miżgħuda bihom. Għax x’inhi opra t’arti jekk mhux xogħol kreattiv b’sura immaġinattiva u estetika qawwija? Opra t’arti għalija hija att ta’ libertà perfetta. Nista’ ngħid ukoll: att perfett t’imħabba. Li hija l-istess ħaġa. L-art ħallieq t’opra t’arti huwa bniedem li mar lil hinn minn dak li jxekkillu moħħu u qalbu, u ħalla ’l ruħu ħielsa titkellem għaliha. Nhar il-Ġimgħa, 20 t’April, 2018, se joħorġu għall-pub...

L-aġendi politiċi

Image
Jeżisti f’din l-art ċkejkna kulmin għandu aġenda politika. Kull min jgħaddi ħinu impenjat biex sempliċiment jgħix ħajtu, bħallikieku ma jeżistix. Min-naħa l-oħra, kull min għandu xi impenn li b’xi mod jinvolvi l-pubbliku, hu ta’ xiex inhu dak l-impenn, irid ikollu—u għandu—aġenda politika. Il-partiġġjaniżmu Għalkemm il-kelma ‘politika’ mhux suppost timplika dejjem tmexxija governattiva, donnha f’din l-art ċkejkna hekk timplika dejjem. Il-kelma ‘politika’ tiġi mill-Grieg ‘polis’, li tfisser ‘belt’, u tindika r-relazzjonijiet pubbliċi ta’ kull ċittadin. Il-politika, infatti, hija l-applikazzjoni tal-bon sens fir-relazzjonijiet ma’ ħaddieħor ta’ kull wieħed u waħda minnha. Il-vulnerabbiltà ta’ kull ċittadin u ċittadina f’Malta u Għawdex iġġegħilna naraw dawn ir-relazzjonijiet minn perspettiva partiġġjana. Għax artna żgħira fil-qies u n-nies magħrufa, inħossuna l-ħin kollu priża ħafifa għall-kapriċċi tal-politiċi u l-klijentela tagħhom. Għaldaqstant, ħafna jiġu mġiegħla jilagħbu l-...