Il-kbir Luteru

Nhar it-Tlieta, il-31 t’Ottubru tal-2017, miljuni ta’ nies madwar id-dinja kollha se jfakkru flimkien avveniment li ġrat 500 sena ilu. F’dan il-jum fl-1517, patri Agostinjan ta’ 33 sena, weħħel mal-bibien tal-knejjes f’raħal ċkejken fil-Ġermanja, Wittenberg, stedina għal diskussjoni bbażata fuq 95 punt duttrinali. Dan kien il-bidu umli ta’ riforma ġiganteska li kellha theżżeż id-dinja sal-lum. Il-patri żagħżugħ kien Martin Luteru. Eretiku min jagħmlu Ebda ġrajja, waħedha waħedha, u ebda bniedem, waħdu waħdu, ma jistgħu qatt ibiddlu l-istorja. Dan jistgħu jidhru li jagħmluh jekk wieħed jinjora il-qtajja bla qies ta’ ċirkustanzi, ġrajjiet u nies oħra li jkunu taw lil dik il-ġrajja jew lil dak il-bniedem appoġġ, sosten u sustanza. Hekk ukoll il-31 t’Ottubru tal-1517. U hekk ukoll Luteru. Kemm x’kien ġara dak in-nhar, kif ukoll x’seħħlu jagħmel Luteru, ħadu t-tifsira sħiħa tagħhom b’dak kollu li ġara wara fuq medda ta’ bosta snin, inkluż fatturi li juru li Luteru inzerta kien bnied...