L-għaġeb tal-presepju
Kulmeta niġi biex nara xi presepju, dejjem infittex l-ewwel l-għaġeb. ‘Kif?’ tgħidli, ‘Mhux lill-bambin, jew lill-Madonna, jew lil San Ġużepp? Jew imqar lill-ħmara u l-baqra?’ Le! Lil ħadd minn dawn. L-ewwel infittex l-għaġeb. U niddiżappunta ruħi ħafna meta ma nilmħux. ‘Fejnu l-għaġeb?’ ngħid lil dak li jkun. Xi presepju jkun mingħajr l-għaġeb? Il-qima xierqa Jien ma nafx barra minn Malta u Għawdex x’jagħmlu. Jekk il-presepji jkollhomx l-għaġeb tagħhom. Għandu mnejn dil-figura hi xi ħaġa oriġinali tagħna. Jien għamilt xi ftit tfittxijiet fuq l-Internet, u sibt li l-ħsieb jidher li ġie mill-presepji ta’ Napli. Ħaġa minn ewl id-dinja, aktarx. Għax il-presepji kollha, milli jidher, bdew minn hemmhekk, anki jekk jgħidu (tradizzjonalment) li kien San Franġisk li għamel l-ewwel presepju. Bit-Taljan l-għaġeb isejħulu ‘ il meravigliato ’, u bl-Ingliż, ‘ the amazed sherherd ’. Hu x’inhu, aħna donna nisimgħu bih is-sena kollha, għax ma trid xejn biex xi ħadd jgħidlek li qisek l-għaġeb t