L-illitteriżmu l-ġdid

Jgħidu li l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għamlet passi ta’ ġgant fi ftit ġenerazzjonijiet. Illum daċ-ċittadini żgħar tagħna jafu bil-wisq aktar mill-ġenituri tagħhom jew, aktar u aktar, minn nanniethom. Tabilħaqq. Imma x’jafu? X’edukazzjoni hi li qed jingħataw? X’tagħlim qed jiġi mgħoddi lilhom? Jekk jafu kollox mingħajr ma jafu l-litteriżmu tal-komputer, allura għada pitgħada (jekk mhux diġà llum) jitqiesu bħala illitterati. Litteriżmu Ħafna drabi, il-kelma ‘litteriżmu’ norbtuha biss ma’ li xi ħadd ikunx jaf jaqra u jikteb. Bil-maqlub, l-illitterat jew l-illitterata huma ħafna drabi dawk il-persuni li ma jafux jaqraw u jiktbu. Sa ftit ilu kellna raġun naħsbu hekk meta nużaw dal-kliem. Madankollu, dan m’għadux jgħodd għal-lum il-ġurnata u wisq anqas għal għal pitagħada. Jista’ bniedem jaf jaqra u jikteb b’għoxrin ilsien differenti. Minkejja dan, jekk ma jafx l-ilsien tal-komputer u, għalhekk, ukoll mal-effiċjenza teknoloġika li tiġi miegħu, allura xorta w...