F’dgħajsa waħda

Mhux biss ir-refuġjati jinsabu dejjem f’dgħajsa waħda, imma aħna lkoll. Xi wħud lanqas dan ma jridu jifhmu. Jibqgħu jirraġunaw bil-mentalità li l-aqwa jinsabu tajjeb huma u daqshekk; ħaddieħor jara hu. Imma din mhijiex il-filosofija li ssalva la lill-individwi u lanqas lill-umanità. Ninsabu f’dgħajsa waħda. Flimkien jekk nibqgħu fil-wiċċ jew jekk negħrqu. Politiċi bla ġieħ L-ewwel u qabel kollox, dit-tagħlima jridu jifhmuha l-politiċi. Iridu jifhmu li, f’mument ta’ kalamità nazzjonali bħalma għaddejjin minnha bħalissa, iridu jħallu fil-ġenb il-logħob politiku tagħhom u jaħsbu fuq livell nazzjonali. Huwa miskin dak il-politiku, hu min hu, li jinqeda b’kalamità bħal din biex biex jipprova jirbaħ il-punti. Xi wħud hekk qed jagħmlu, speċjalment xi wħud fil-kamp tal-oppożizzjoni. Dan mhuwiex qed ikun ta’ ġieħ għalihom u lanqas għall-partit tagħhom. Bniedem li jinqeda bid-dgħufija momentarja tal-oppożitur tiegħu biex jagħmel xi akkwist personali ma jixraqlux jissejjaħ kompetitur onor...