Minn kliemhom tagħrfuhom
In-nies tkun taf x’inhuma minn ħafna affarijiet. Ibda minn kif jilbsu, imbagħad minn kif jagħmlu xagħarhom, imbagħad minn kif jimxu, ukoll minn kif jieklu, u jista’ jkun minn kif jitolbu. Żgur, però, li bniedem tagħraf x’inhu minn kliemu. Isma’ bniedem jitkellem u tkun taf x’ħobż jiekol jew jiswiex ħabba. Tajjeb/ħażin Ħafna nies tismagħhom jgħidu x’inhu t-tajjeb u l-ħażin. Qishom kienu Salamun. Jekk jisimgħu b’xi kura, jew xi każ il-qorti, jew xi taħbila teoloġika, jew xi għoqda morali, ismagħhom jippronunzjawlek l-konklużjoni f’tebqa t’għajn. “Dik tajba!” jgħidulek; jew, “Dik ħażina!” Dad-diskors issibu fuq fomm ħafna nies. Jitħaddtu bħallikieku jafu x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Lanqas l-iċken ħsieb ma jagħtu li jistgħu jkunu żbaljati jew li ħaddieħor jista’ jaqtagħhom b’mod ieħor. Flok “dik tajba” mhux aħjar jgħidu “ naħseb li dik tajba”? U flok “dik ħażina” mhux aħjar jgħidu “ naħseb li dik ħażina”? Int, jien u kulħadd x’naħsbu u x’ma naħsbux nistgħu ngħidu, mhux x’inhu t