It-tellieqa Amerikana

Fil-ġimgħat li għaddew telqet it-tellieqa aħħarija fl-Istati Uniti tal-Amerika għall-ħatra tal-president tal-pajjiż fil-bidu ta’ Novembru li ġej. Dit-tellieqa hi dejjem affaxxinanti għal min iħobb isegwiha. Fiha l-eċċitament tal-Formul 1 jew iċ-Champions League, bid-differenza li r-rebbieħ jispiċċa jmexxi għal erba’ snin l-aktar pajjiż b’saħħtu li qatt deher fid-dinja. Bniedem tal-mument Ħobbni jew obgħodni, fil-fehma tiegħi d-Demokratiċi m’għandhomx biex jikkompetu lil Donald Trump, il-president attwali tal-Amerika u l-kandidat ewlieni tal-Partit Repubblikan. L-għażla ta’ Joe Biden min-naħa tal-Partit Demokratiku, dak li kien il-viċi-president ta’ Obama, setgħet kienet l-aħjar waħda fiċ-ċirkustanzi, ukoll jekk mhux l-aktar interessanti (bħalma kienet tkun ta’ Bernie Sanders), imma xorta waħda ma jlaħħaqx ma’ Trump. Ma kienx faċli li d-Demokratiċi joħorġu b’xi ħadd li jista’ jħabbatha ma’ Trump. Mhux għax Trump neċessarjament hu aktar intelliġenti jew aktar kompetenti minn Biden....