Trotsky: 80 sena

Ix-xahar li għadda, ir-revoluzzjonarju u teoriku politiku Leon Trotsky, għalaq 80 sena mejjet. Dal-ġgant politiku huwa ħafna drabi jew injorat għal kollox jew imfakkar għal raġunijiet żbaljati. Però, naħseb li t-tifkira tiegħu tista’ tkun okkażjoni żgħira biex iġġibna f’sensina fuq ir-rwol li aħna lkoll għandu jkollna biex intejbu d-dinja ta’ madwarna. Miet assassinat Leon Trotsky miet tmenin sena ilu, f’ Coyoacán ġol-Belt tal-Messiku, il-Messiku, fil- 21 t’Awwissu tal- 1940 , fl-età ta’ sittin sena. Miet ħtija ta’ attakk qattiel fuqu fil-jum ta’ qabel ġewwa daru. Fir-ritratt t’hawnhekk, jien nidher fuq il-qabar ta’ Trotsky, fejn hu midfun flimkien ma’ martu Natalia Sedova, fil-ġnien tad-dar ta’ fejn ġie assassinat. Id-dar hi llum mużew, post miżmum eżatt kif ħallieh Trotsky tmenin sena ilu. Trotsky kien mir-Russja u ssieħeb fil-partit Belxevista ftit ġimgħat qabel ir-Rivoluzzjoni t’Ottubru tal-1917. Huwa kien parti mill-gvern ta’ Lenin, imma meta Stalin ħataf it-tmexxija tal-...