Annimali domestikati u nies oħra (6)

Id-domestikazzjoni mhijiex invinċibbli. Tista’ tintrebaħ, u għandha tintrebaħ. Mhuwiex meħtieġ li l-individwi jibqgħu mjassra għal dejjem. Tabilħaqq, dan ma jistax ikun faċli. Imma ċertament hu possibbli. Kull taħriġ, minħabba n-natura artifiċjali tiegħu, jista’ jintradd lura u minfloku mqiegħed taħriġ ġdid. Il-bniedem il-ġdid L-ewwel pass għall-ħelsien mid-domestikazzjoni huwa li wieħed jew waħda jsiru konxji tiegħu. Dan l-ewwel pass hu diffiċli daqskemm hu fundamentali u kruċjali. Malli l-bniedem jinfetħulu għajnejh għad-domestikazzjoni li jkun ġarrab, allura jkun beda mingħajr ma jintebaħ it-triq li tista’ tieħdu lura d-dar, it-triq tal-ħelsien tiegħu nnifsu, it-triq li biha jerġa’ jiskopri s-sbuħija li kellu sa mill-bidu. Meta bniedem jintebaħ bid-domestikazzjoni tiegħu ma jista’ jibqa’ l-istess. Jibda jara fih innifsu u madwaru dawk is-suriet u l-għamliet kollha li ntużaw għal dan l-għan, kif ukoll jara ma’ kullimkien is-sinjali koroh tad-domestikazzjoni. Din jibda jagħrafha...