Posts

M’aħniex ħielsa!

Image
“La aħna ħielsa u lanqas m’hawn xi moviment favur il-ħelsien.” Din kienet is-sustanza ta’ dak li qal Dr Alfred Sant f’laqgħa li jien attendejt dil-ġimgħa li għaddiet. Għalkemm din l-istqarrija tidher sorprendenti, jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit fuqha, malajr jintebaħ li hemm verità fiha aktar milli xi wħud minna lesti li nammettu. Taħt Brussell Illum, f’Jum il-Ħelsien, erħilhom xi wħud jagħmlu l-isbaħ diskorsi li kapaċi joħorġu minn fommhom; diskors imqanqlin b’patrijottiżmu jaħraq u jbaqbaq; diskorsi li jġegħluk tħossok kburi li inti Malti ħieles. Imma fihom sugu dad-diskorsi? Jew huma ħafna arja vojta li ma tfisser xejn fil-konkret? Tassew aħna ħielsa? Jew taparsi? Jekk noqogħdu fuq il-kliem ta’ Dr Alfred Sant, għandna għalfejn ninkwetaw. F’laqgħa ta’ diskussjoni li saret dil-ġimgħa, nhar il-Ħamis li għadda, organizzata l-Belt mill-fergħa tat-tagħrif tal-Partit Laburista, SKS, Sant saħaq li mhux veru aħna ħielsa llum, u mhux veru jeżisti xi moviment favur il-ħelsien ta’ pajj...

In-nies kattivi

Image
Lin-nies kattivi qatt ma fhimthom. Huma xi ħaġa li moħħi ma jistax joftom. Ma nistax nifhem għala xi wħud jagħżlu li jkunu konxjament, konxjentement u deliberatament kattivi. Naraha tant biżarra ħaġa bħal din, tant imgħawġa, li nqisha kważi patoloġija. Il-kattiverja hija kontra n-natura. Hi problema għal min ibati biha, imma wkoll għal min jiltaqa’ magħha. L-uniku annimal Niftakar, meta kont għadni tifel żgħir ħafna fl-iskola primarja—qed insemmi madwar ħamsin sena ilu jew ftit anqas—kien hemm tifel ġol-klassi li, ta’ tfal li kont, qistu bħala l-akbar ħabib tiegħi. Darba, ma niftakarx x’kienet l-okkażjoni, ħassejt li kien ittradieni. Meta għedt lil ommi fuq dan, din qaltli, ‘Ehhh, din l-ewwel waħda biss; kemm għad trid tara minnhom!’ u ħallietni b’hekk. Dak in-nhar, dik il-kattiverja ta’ ħabibi ma fhimthiex daqskemm bqajt ma nistax nifhem kull kattiverja oħra li ltqajt magħha wara, kif għadna ma nistax nifhem sal-lum. Nifhem it-tradiment, nifhem l-att goddart, nifhem is-supperv...

L-università ta’ Bormla

Image
F’Jum il-Mara, ġimgħatejn ilu, fetħet uffiċjalment l-Università Amerikana ta’ Malta. Din, biswit Dock Numru Wieħed ta’ Bormla, tirrappreżenta l-akbar investiment li qatt sar fl-edukazzjoni fl-istorja governattiva f’Malta u Għawdex. Għal Bormla, għal Malta, għall-edukazzjoni, din kienet okkażjoni mill-isbaħ ... iżda li għal ħafna għadha mhijiex konvinċenti biżżejjed. Bla ndiema L-għada li saret iċ-ċerimonja sempliċi u sabiħa tal-ftuħ uffiċjali ta’ din l-università, ħsibt li l-gazzetti bl-Ingliż kienu se juru xi ftit tal-indiema. Dawn, fis-snin li għaddew, tgħidx x’ma qalux fuq din l-imbierka università, kemm taqtaq ilsienhom, u kemm sawtu lil dan u lill-ieħor minħabba fiha. Dal-gazzetti, flimkien xi oħrajn bil-Malti tal-istess pezza tagħhom, qatt ma ħamlu li din l-università tara d-dawl f’pajjiżna. Il-kritika tal-ġurnalisti hi tajba. Ir-riċerka tal-ġurnalisti hi tajba. L-investigazzjonijiet tal-ġurnalisti hi tajba. Imma mhux il-ħdura, il-preġudizzju u l-għira. Dawn mhumiex tajba...

Grazzi, mara!

Image
Minkejja li ‘Jum il-Mara’ ġie ċċelebrat il-Ġimgħa li għadda, 8 ta’ Marzu, għadu qrib biżżejjed biex nieħu l-okkażjoni ħalli nrodd ħajr minn qalbi lin-nisa kollha tad-dinja; anzi, lill-mara ta’ kull żmien. Fl-istess ħin, però, ma jistax jonqos li dar-radd ta’ ħajr, jiġix minni jew minn xi ħadd ieħor, dejjem irid ikun imsieħeb mas-sens ta’ dak li hu ġust. Traġedja tal-umanità Nibda biex ngħid x’traġedja kienet għall-umanità—waħda mill-akbar traġedji tagħha—meta l-fasliet reliġjużi, soċjali, politiċi u legali, u għalhekk dawk ekonomiċi kollha, bdew isiru bil-ħsieb li jwarrbu ’l mara. Kienet traġedja li baqgħet tissaħħaħ u tippersisti għal għexieren ta’ sekli u, xi ftit jew wisq, għadha teżisti kullimkien. Din nistgħu nsejħulha tabilħaqq traġedja għax ġabet konsegwenzi tant koroh u dannużi fuq l-umanità u fuq id-dinja. Meta l-mara twarrbet u bdiet titqies membru tas-sekonda klassi tal-ġens uman—jew, agħar minn hekk, membru ta’ xejn—l-umanità tfaqqret b’tali mod li nbidlitilha n-nat...

Il-libertà tal-espressjoni

Image
Qatt ma hu biżżejjed li nisħqu fuq il-libertà tal-espressjoni f’soċjetà demokratika. Għax fuq din il-libertà jistrieħ is-sens kollu li għalih soċjetà bħal din teżisti. Bagħbas mal-libertà tal-espressjoni, tkun xi tkun ir-raġuni jew l-iskuża, u tkun bagħbast max-xewka tad-dahar taċ-ċiviltà tagħna. Ebda demokrazija ma tista’ teżisti mingħajr il-libertà tal-espressjoni. Trażżin qatt Qatt m’hemm skuża tajba biżżejjed li għaliha, biha jew minħabba fiha għandha tintmess, jew jingħata l-impressjoni li qed tintmess, il-libertà tal-espressjoni ta’ kull ċittadin membru ta’ soċjetà demokratika. Ebda raġuni jew skuża ma hi jew tista’ tkun suffiċjenti. Qatt, qatt, qatt m’għandu ċittadin, hu min hu, jinżamm milli jesprimi lilu nnifsu kif irid, meta jrid, daqskemm irid u b’liema mod irid. Dan għax l-istat demokratiku hu tiegħu. Mhux bil-kontra. Mhux iċ-ċittadini huwa tal-istat demokratiku. Le. Huwa l-istat demokratiku li hu taċ-ċittadin. U allura kull ċittadin, kull wieħed u waħda minna, għan...

Il-ħtieġa tar-reviżjoniżmu

Image
It-terminu ‘reviżjoniżmu’ ġej mill-kelma ‘reviżjoni’, jiġifieri li terġa’ żżur—tagħmel ‘ revision ’ bl-Ingliż—ta’ xi ħaġa li tkun diġà saret. Hija kelma xi ftit jew wisq teknika li tintuża għal għadd ta’ skopijiet li, jidhirli, tajjeb li bniedem ikun jaf bihom. Ħafna drabti, int u jien kemm-il darba nagħmlu reviżjoni, jew anki reviżjonijiet, ta’ affarijiet li nkunu diġà lestejna mingħajr ma nsejħulu hekk. It-tifsir Aktarx li l-kelma ‘reviżjoniżmu’ saret moda għall-ewwel darba fit-teorija politika marbuta mal-Marxisti. Fost dawn kien hemm min isejjaħ hekk, bi tmaqdir, lil dawk fosthom li fil-fehma tagħhom ma kinux qed jaċċettaw id-duttrini ta’ Marx fl-għamla safja u pura tagħhom, imma kienu qed jinterpretawhom skont teoriji moderni li ma kinux xierqa. F’dan is-sens, skont il-Marxisti ortodossi r-reviżjonijiet il-ġodda kienu eretiċi. Minn hawn, il-kelma ‘reviżjoniżmu’ ħadet xejra kemxejn negattiva. Qisha bdiet tintuża għal xi ħadd li jagħmel reviżjoni żbaljata, nonkonformista jew...

Is-sbuħija tad-diċenza

Image
Għal ħafna nies, id-diċenza hi biss marbuta mal-ilbies; ma’ kif wieħed jew waħda jilbsu mingħajr ma joffendu ’l ħadd. Imma d-diċenza mhijiex marbuta m’hekk biss. Hi marbuta ma’ dak kollu li l-bniedem jagħmel li jixraq lilu nnifsu bħala bniedem. Id-diċenza tiġi qabel ir-reliġjon, qabel il-morali, qabel il-politika u qabel kull kodiċi etiku li l-istituzzjonijiet jivvintaw. Qabel kollox Id-diċenza mhijiex sempliċiment xi ħaġa li jistenna minnek ħaddieħor, jew li ħaddieħor jippretendi minnek biex toħroġ ta’ nies. L-ewwel u qabel kollox, id-diċenza hi kwistjoni ta’ rispett ta’ bniedem lejn ieħor. Ħafna nies ċivilizzati jippretendu li jafu x’inhuma r-regoli tad-diċenza, imma mbagħad issibhom jagħmlu affarijiet inetiċi jew immorali li żgur ma jixirqulhomx. Ħafna nies, ukoll, igħidu li jemmnu f’xi Alla, jew isostnu li huma parti minn xi reliġjon. Imma mbagħad issib li s-sens ta’ aġir xieraq—morali jew etiku—fil-konfront ta’ ħaddieħor, fil-konfront tal-ħlejjaq ħajjin, jew fil-konfront t...