Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (7)
IS-SEBA' PARTI Mill-Indipendenza ’il quddiem, l-istat civili beda jkejjel ir-responsabbiltajiet tieghu ma’ stati civili ohrajn barranin li, fir-rigward tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem, inkluz dawk religjuzi. F’dan ir-rigward, dawn l-istati aktarx dejjem kienu―u forsi ghadhom―ferm aktar avvanzati minna. L-istat civili kellu issa d-dmir li jirregola ruhu, mhux max-xewqat u l-pressjonijiet ta’ xi religjon partikulari, imma mal-ligi internazzjonali. Relazzjoni Knisja-Stat Dan kollu biddel ir-relazzjoni tal-istat civili Malti mal-Knisja Kattolika. Apparti li xejjen is-superjorità kulturali li l-Knisja Kattolika kellha qabel (u halla biss il-prezunzjoni taghha), holoq pressjonijiet fuqha biex tirtira dejjem aktar minn oqsma li ma kellhiex ghalfejn tibqa’ prezenti fihom, ghallanqas mhux bl-istess qawwa ta’ qabel. Bhalma wiehed jista’ jobsor, dan ma naqasx li johloq tensjonijiet bejn l-istat civili u l-Knisja Kattolika. Infatti, fis-snin ta’ wara hekk ghamel f’zewg oqsma essenz...