Posts

Il-ħtieġa tar-reviżjoniżmu

Image
It-terminu ‘reviżjoniżmu’ ġej mill-kelma ‘reviżjoni’, jiġifieri li terġa’ żżur—tagħmel ‘ revision ’ bl-Ingliż—ta’ xi ħaġa li tkun diġà saret. Hija kelma xi ftit jew wisq teknika li tintuża għal għadd ta’ skopijiet li, jidhirli, tajjeb li bniedem ikun jaf bihom. Ħafna drabti, int u jien kemm-il darba nagħmlu reviżjoni, jew anki reviżjonijiet, ta’ affarijiet li nkunu diġà lestejna mingħajr ma nsejħulu hekk. It-tifsir Aktarx li l-kelma ‘reviżjoniżmu’ saret moda għall-ewwel darba fit-teorija politika marbuta mal-Marxisti. Fost dawn kien hemm min isejjaħ hekk, bi tmaqdir, lil dawk fosthom li fil-fehma tagħhom ma kinux qed jaċċettaw id-duttrini ta’ Marx fl-għamla safja u pura tagħhom, imma kienu qed jinterpretawhom skont teoriji moderni li ma kinux xierqa. F’dan is-sens, skont il-Marxisti ortodossi r-reviżjonijiet il-ġodda kienu eretiċi. Minn hawn, il-kelma ‘reviżjoniżmu’ ħadet xejra kemxejn negattiva. Qisha bdiet tintuża għal xi ħadd li jagħmel reviżjoni żbaljata, nonkonformista jew...

Is-sbuħija tad-diċenza

Image
Għal ħafna nies, id-diċenza hi biss marbuta mal-ilbies; ma’ kif wieħed jew waħda jilbsu mingħajr ma joffendu ’l ħadd. Imma d-diċenza mhijiex marbuta m’hekk biss. Hi marbuta ma’ dak kollu li l-bniedem jagħmel li jixraq lilu nnifsu bħala bniedem. Id-diċenza tiġi qabel ir-reliġjon, qabel il-morali, qabel il-politika u qabel kull kodiċi etiku li l-istituzzjonijiet jivvintaw. Qabel kollox Id-diċenza mhijiex sempliċiment xi ħaġa li jistenna minnek ħaddieħor, jew li ħaddieħor jippretendi minnek biex toħroġ ta’ nies. L-ewwel u qabel kollox, id-diċenza hi kwistjoni ta’ rispett ta’ bniedem lejn ieħor. Ħafna nies ċivilizzati jippretendu li jafu x’inhuma r-regoli tad-diċenza, imma mbagħad issibhom jagħmlu affarijiet inetiċi jew immorali li żgur ma jixirqulhomx. Ħafna nies, ukoll, igħidu li jemmnu f’xi Alla, jew isostnu li huma parti minn xi reliġjon. Imma mbagħad issib li s-sens ta’ aġir xieraq—morali jew etiku—fil-konfront ta’ ħaddieħor, fil-konfront tal-ħlejjaq ħajjin, jew fil-konfront t...

Fejn jilagħbu t-tfal

Image
It-tfal se jilagħbu dejjem. Ġewwa, barra, waħidhom, m’oħrajn, fl-indafa, fil-ħmieġ, b’li jsibu, b’li jivvintaw ... it-tfal se jibqgħu tfal u se jibqgħu jilagħbu. Madankollu l-kbar jridu jaraw li fejn jilagħbu t-tfal qed jgħinhom jikbru. Għall-anqas iridu jaraw li fejn jilagħbu t-tfal ma jgħarraqhomx. Fejn qed jilagħbu t-tfal? Fejn ħallejnilhom biex jilagħbu? Siment u asfalt Min hu kbir bħali għandu mnejn jiftakar il-kanzunetta t’Adriano Celentano, ‘ Il ragazzo della Via Gluck ’ (It-tfajjel ta’ Triq Gluck), li kienet ħarġet fl-1966. Fost affarijiet oħra, kellha dal-vers: ‘ Là dove c’era l’erba ora c’è una città ’ – Hemm qabel kien hemm il-ħaxix issa hemm il-mibni. Dil-kanzunetta bkiet il-qerda tal-imkejjen ħodor u tal-ispazji miftuħa. Aktarx li fl-1966 ħadd f’Malta jew f’Għawdex ma seta’ japprezza biżżejjed li dak li Celentano kien qed jilmenta għall-Italja, se jkun jgħodd għall-Gżejjer Maltin mitt elf darba aktar. Inqerdu l-imkejjen ħodor bl-għama, u jibqgħu jinqerdu l-ispazji ...

L-indħil barrani fil-Venezwela

Image
Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li l-President Nicolás Maduro ġab lil pajjiżu, il-Venezwela, għarkobbtejh. Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem f’dal-pajjiż ġiet mill-agħar taħt it-tmexxija tiegħu. Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li s-sitwazzjoni teħtiġilha tinbidel. Madankollu, dan ma jfissirx li l-ġejjieni tal-Venezwela għandu jiġi determinat mill-indħil ta’ gvernijiet barranin. Taqlib ikrah Għaqdet bil-kbir il-qagħda f’dal-pajjiż ta’ 32 miljun ruħ tal-Amerika Latina, il-Venezwela, f’dawn l-aħħar ġimgħat. Is-sitwazzjoni ilha sejra lura sew minn mindu miet il-mexxej Hugo Chávez fl-2013 u l-elezzjoni ġenerali li saret wara. Ħafna sostnew li Maduro kien elett bi tagħbis u li ma kien il-President tal-pajjiż xejn. Din l-akkuża kompliet tissaħħaħ meta l-ekonomija tal-pajjiż bdiet tmur mill-ħażin għall-agħar. L-inflazzjoni kibret, il-qagħad żdied, il-prezzijiet ta’ kull tip ta’ ikel sploda, u n-nuqqasijiet għall-ħtiġijiet tal-ħajja kibru. Ma’ dan kollu kompl...

L-Amerika wiċċha mal-ħajt

Image
Waqt li fl-Ewropa l-ħsieb ta’ kulħadd qed idur madwar il-qtugħ tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea, fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku l-Istati Uniti tal-Amerika tinsab fi dwell ta’ saħħa bejn il-President Trump u l-Kungressisti Demokratiċi fuq il-finanzjament tal-‘ħajt’ ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Ħajt komplut Qabel ma wieħed jibda jaħseb fuq din il-biċċa tal-ħajt, tajjeb li jikkunsidra żewġ affarijiet li jistgħu jixħtu dawl fuq is-sitwazzjoni. L-ewwel ħaġa hi din: diġà jeżisti xi tip ta’ ħajt f’partijiet tal-frontiera ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Messiku; Trump irid biss li jżid il-firxa tiegħu. Ftit jaf li ħajt diġà hemm bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Iva. Mhuwiex ħaġa ġdida. Meta jien kont il-Messiku fi żmien il-President Obama, fil-belt ta’ Ciudad Juarez fejn kont, il-ħajt kien parti mill-ħajja ta’ kuljum. Dan għax il-preżenza tiegħu f’din il-parti tal-fruntiera kkaratterizza ħafna affarijiet oħra, bħal transport, kummerċ, traffiku ta’ nies u l-bqija. Bħalissa...

Artiklu 50

Image
Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona, it-trattat li jagħti l-bażi kostituzzjonali lill-Unjoni Ewropea, jagħti d-dritt lil kull pajjiż imsieħeb fl-Unjoni li jħalli l-istess Unjoni minn rajh. Dal-Artiklu jispeċifika l-proċedura li biha pajjiż imsieħeb iħalli l-Unjoni. Meta Artiklu 50 jiġi mqiegħed fil-prattika, il-pajjiż li jkun se jħalli jkollu sentejn biex jinnegozja ftehim għall-ħruġ. Imħawda sew S’issa qatt ma kien li Artiklu 50 ġie mqiegħed fil-prattika minn xi pajjiż imsieħeb tal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju Unit huwa l-ewwel wieħed. Għall-ħabta ta’ nofsinhar tad-29 ta’ Marzu tal-2017, Theresa May, il-Prim Ministru tar-Renju Unit, skattat dal-Artiklu biex l-arloġġ għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea beda jtektek. Iż-żmien jeskadi għaxar ġimgħat oħra, fid-29 ta’ Marzu li ġej. Il-Prim Ministru Britanniku skattat Artiklu 50 minħabba ordni u mandat li ngħatat biex tagħmel dan mill-poplu tar-Renju Unit. Dan ivvota f’referedum li sar fit-23 ta’ Ġunju tal-2016 li fih 52% talbu...

L-Ewropa mqanqla

Image
L-Ewropa ma setgħetx tibda aħjar is-sena l-ġdida. Għandha ma’ wiċċha f’Pariġi l-akbar irvellijiet mill-aħħar gwerra ’l hawn. Għandha ma’ wiċċha d-dejn kważi devastanti tal-Italja. Għandha ma’ wiċċha l-imigrazzjoni illegali mill-Mediterran, il-Lvant u l-Punent. Għandha ma’ wiċċha l-irvellijiet fl-Ungerija. Għandha ma’ wiċċha l-qawmien politiku tax-Xellug estrem. Għandha ma’ wiċċha l-ħruġ tal-Gran Brittanja mill-Unjoni Ewropea. Lanqas l-aqwa artist ma seta’ jkun imnebbaħ biex ipitter kwadru daqstant sabiħ! Xejn għajr ċajta Dan kollu jista’ jagħti l-impressjoni—fil-fehma tiegħi żbaljata—li l-Ewropa tinsab fi stadju ta’ xi bidla radikali jew qawwija. Il-problemi li bihom bdiet l-2019 ma jidhirlix li jindikaw dan. Jindikaw, ċertament, tqanqil serju u xi minn daqqiet perikoluż, iżda mhux ta’ xi bidla fl-għamla istituzzjonali jew strutturali tal-Ewropa. L-Ewropa hija b’saħħitha biżżejjed biex tilqa’ għal għawġ bħal dan u anki akbar. Dan ma jfissirx li kollox huwa sew. Il-fatt li l-ist...